bajjiet – One News

Notifiki

FILMAT: Sigurtà mal-kosta Maltija

Mal-attività fil-kosta Maltija f’dawn ix-xhur tas-Sajf jiżdied ukoll il-bżonn t’ iktar sigurtà hekk kif l-għajtiet għall-għajnuna jiżdiedu wkoll.   Permezz tal-ħidma fuq il-bajjiet minn Life Guards u l-Community First Responder, is-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar qed jagħmlu minn kollox biex fil-waqt li jiġu preventiti l-aċċidenti, meta dawn iseħħu l-pazjent jingħata l-ewwel għajnuna iktar malajr.

Fil-fatt is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar li ilha taħdem sitta u għoxrin sena illum għandha mitejn u għoxrin membru li mija u ħamsin minnhom huma volontarji.  Sittin membru tas-Soċjeta’ huma mħarrġin fis-salvataġġ fl-ilma fil-waqt li l-oħrajn għandhom taħriġ  mediku.  Tul dawn l-aħħar sentejn is-Soċjeta’ tar-Red Cross qiegħda wkoll tħaddem proġett tal-Community First Responder.  Tkellimna mad-direttur tal-operazzjonijiet tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar, Robert Brincau li spjegalna iktar x’inhuma r-responsabilitajiet u x-xogħol tal-first responder.

Aqra aktar

Ħidma sfiqa għal bajjiet nodfa

Matul it-tliet xhur tas-sajf huma eluf li jirfsu f’xi waħda mill-bajjiet sbiħ ta’ pajjiżna. 

Iżda qatt għadda minn moħħ dawk li jużawhom x’inhi r-raġuni li filgħodu jsibuhom nodfa? 

Żgur mhux weħidhom għax waqt li bosta jkunu rashom fuq l-imħadda, il-ħaddiema tat-tindif ikunu jkunu ilhom li bakkru sa mis-sagħtejn ta’ filgħodu biex jibdew inaddfu l-bajjiet biex mat-tokki tas-sebgħa, in-nies li jmorru ġurnata l-baħar isibu bajja nadifa tazza.

Aqra aktar

Send this to a friend