bajja | One News

Notifiki

Qed isir xogħol b’rabta mal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira

Projects Malta ħabbret li bħalissa qed isiru x-xogħlijiet b’rabta mal-proġett tal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira

 Bħala parti minn dan il-proġett se jsir tħaffir matul il-kosta kollha li hu meħtieġ biex isiru l-istudji neċessarji dwar il-materjal li hemm taħt is-saffi tar-ramel.

Fuq il-bajja se jkun hemm rappreżentanti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li se jipprovdu l-assistenza u l-informazzjoni meħtieġa. 

 

 

“Jekk tmur il-baħar, twaddabnix fejn ġie ġie!”

Qatt kont f’bajja qed tilgħaq ix-xemx u rajt ‘CONE’ ta’ dan it-tip fir-ramel jgħid “Meta tkun il-baħar, twaddabnix fejn ġie ġie”? Dan il-‘cone’ qed jitqassam fil-bajjiet mill-Awtorità għat-Turiżmu. L-MTA qed tipprovdi dawn il-‘cones’ lill-persuni li qed jissorveljaw il-bajjiet sabiex ma jkunx hemm sigaretti mormija fil-bajjiet.

Aqra aktar

FILMAT: Numru ta’ immigranti jaslu f’bajja mimlija nies fi Spanja u jaħarbu mill-Awtoritajiet

Waqt li kienu fuq bajja fi Spanja, numru ta’ persuni raw xena mhux tas-soltu dan hekk kif fil-bajja daħal dinghy li fuqu kellu numru ta’ immigranti Afrikani.

Fil-filmat, l-immigranti jidhru jiġru kemm jifilħu biex mal-wasla tagħhom jaħarbu mill-Awtoritajiet. Fil-fatt, l-immigranti rnexxilhom jaħarbu qabel ma waslu l-Awtoritajiet Spanjoli fuq il-post. Il-filmat ittieħed minn turist li kien fuq il-bajja fil-ħin li l-immigranti qabżu fil-baħar minn fuq id-dinghy.

Aqra aktar

Il-Maltin u l-baħar: Relazzjoni li tiġġedded kull sena

Is-sajf jinsab fl-eqqel tiegħu, u madwar 77% jmorru l-baħar minn tal-inqas darba fil-ġimgħa.

Tgħid dan statistika tal-Maltatoday, ibbażata fuq survey li għalih wieġbu 315-il persuna.

Hawn jirriżulta kif il-bajja tal-Għadira hija l-iktar waħda popolari, segwita mill-Armier, u l-Bajja s-Sabiha f’Birżebbuġa.

Aqra aktar

Linji gwida għal min irid jarma kamp fuq bajja

L-Awtorità għat-Turiżmu u l-Awtorità tal-Artijiet, permezza ta’ stqarrija konġunta, fakkru lill-pubbliku li kampijiet, tined u affarijiet simili li huma għola minn metru għandhom jitpoġġew fuq wara tal-bajja sabiex ma jkun hemm ebda tfixkil għal dawk li jmorru jgħumu.

Aqra aktar

Qbil dwar l-Armier iżda jixtiequ iżjed bilanċ

Il-Ħadd filgħodu l-Bajja tal-Armier sebħet b’ xena differenti minn tas-soltu, dan mingħajr żgombru ta’ umbrellel u ‘deckchairs’ tal-operaturi.

Dan ġara wara operazzjoni mill-Awtoritajiet flimkien mal-Pulizija fil-ġurnata ta’ qabel fejn neħħew parti kbira minnhom u ħallew armat biss in-naħa ta’ wara tal-bajja.

Din id-deċiżjoni ntlaqgħet tajjeb mill-pubbliku li ħa l-opportunita’ li jgawdi din il-bajja kif kien ilu ma jaraha s-snin.

Aqra aktar

Il-Maltin jagħżlu l-baħar biex jiġġieldu s-sħana

Hekk kif illum hija festa pubblika, l-Imnarja, u l-maġġoranza tan-nies ma jkunux xogħol, bosta rħewla lejn il-bajjiet Maltin biex jiġġieldu s-sħana u jiffriskaw fil-baħar.

Dan jidher ċar minn Skyline Webcams, li juru kif il-bajjiet huma mimlijin daqs bajda. Fost oħrajn, bosta nies għażlu l-Bajja ta’ Għajn Tuffieħa u l-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.

Illum it-temperatura qed tinħass 39 grad celcius u din hija waħda mill-iktar jiem sħan sa issa fix-xahar ta’ Ġunju. Huma ħafna ukoll li għażlu li jeħduha franka mix-xogħol anke l-Ġimgħa u għalhekk se jkunu qed igawdu minn vaganza twila.

Aqra aktar

Ineħħu l-alka u jsewwu s-slielem wara riħ qawwi

Ir-riħ li laqat lil pajjiżna wassal biex ammont ta’ slielem iċċaqalqu minn posthom bir-riħ u li fuq il-bajjiet ta’ San Tumas, l-Għadira u l-Armier daħal ammont kbir ta’ alka. Kif jidher tajjeb f’dawn ir-ritratti, immedjatament bdiet il-ħidma biex titneħħa l-alka kif ukoll qed isir xogħol ta’ manutenzjoni fuq is-slielem li jinsabu f’dawn il-bajjiet.
Aqra aktar

Send this to a friend