Għall-ħabta tal-17:15, il-pulizija ġiet mitluba l-assistenza fiż-żona ta’ Fra Ben fil-Qawra hekk kif instab raġel mitluf minn sensieh fil-baħar.Aqra aktar

Raġel tilef ħajtu meta kien qed jgħum
Raġel ta’ 42 sena Eritrean tilef ħajtu waqt li kien qed jgħum fil-baħar. Aqra aktar

L-akbar numru ta’ nies rappurtati nieqsa ntilfu fil-baħar
Il-maġġoranza tan-nies li ġew rappurtati nieqsa kienu dawk li kienu bejn sema u ilma.
Sa mill-2010 kienu kważi sitt elef ruħ rappurtati nieqsa iżda 6% biss minnhom għadhom ħadd ma sema’ b’aħbarhom. Aqra aktar

Biex anke fuq il-baħar, tkun prudenti
Fuq il-baħar kun prudenti. Din hija t-tema tal-kampanja edukattiva li Transport Malta nediet biex tippromwovi mġiba responsabbli u sigura fuq il-bajjiet Maltin. Fit-tnedija tal-kampanja, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li ġew identifikati ħamsin bajja jew żona għall-għawm f’Malta li ġew immarkati b’sinjali apposta fosthom bagi biex jidħlu fihom biss l-għawwiema waqt li d-dgħajjes jibqgħu ‘l barra minnhom.Aqra aktar

L-Armata ssalva 75 immigrant
Grupp ta’ 75 immigrant ġew slavati mill-Forzi Armati ta’ Malta u l-Gwardja tal-Kosta Taljana wara sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ biex jgħinu lill-Gwardja tal-Kosta Libjana.
Il-75 immigrant issalvaw permezz tal-P22, u ddaħlu Malta aktar kmieni dalgħodu. F’sensiela oħra ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ, il-Gwardja tal-Kosta Taljana wasslet numru ta’ immigranti Lampenduża.

ARA: il-mewġ jaħkem ix-xatt ta’ Marsalforn
Ir-riħ qawwi li qed jgħaddi minn fuq il-Gżejjer Maltin illum ta saħħa liema bħalha lill-baħar li jdawwarna, tant, li x-xatt ta’ Marsalforn spiċċa’ mgħerreq. Aqra aktar

Jiġġarraf ajruplan fil-baħar fl-Indoneżja b’188 persuna abbord
Ajruplan li kien qed iġorr 188 persuna waqa’ fil-baħar ftit wara li telaq mill-ajruport ta’ Jakatra, l-Indoneżja.
Jidher li l-ajruplan tilef il-kuntatt mat-torri tal-kontroll fl-ajruport, u spiċċa madwar 40m taħt l-ilma.
Abbord kien hemm 178 adult, tliet itrabi, u membri tal-ekwipaġġ.

Jinstab xini Grieg f’qiegħ il-baħar fi stat “kważi perfett”
Xini tal-kummerċ Grieg li għandu aktar minn 2,400 sena instab f’qiegħ il-baħar ftit ‘il barra mill-kosta tal-Bulgarija. Din is-sejba fil-Baħar l-Iswed qed tissejjaħ l-akbar sejba ta’ vapur antik li għadu sħiħ fid-dinja. Aqra aktar

29 sena ħabs għal raġel li qatel mara u waddabha l-baħar
Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenz ta’ 29 sena ħabs għal Joseph Azzopardi, r-raġel li qatel lil Therese Agius b’doża qawwija ta’ droga eroina u li wara tefagħha l-baħar.
Dan il-każ jeħodna lura għal Ottubru tal-1999, meta Azzopardi f’lejla xitwija ltaqgħa ma’ Agius għal skop ta’ prostituzzjoni.Aqra aktar

Evitaw iż-żona tal-Fossa fil-Belt
Il-Pulizija ħarġet twissija biex tiġi evitata ż-żona tal-Fossa tal-Belt Valletta – kemm minn sewwieqa u kif ukoll minn persuni individwali. Aqra aktar