bagit 2019 | One News

Notifiki

Il-K.E. tapprova l-baġit ta’ Malta għas-sena d-dieħla

Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-baġit ta’ Malta għas-sena d-dieħla. Dan wara li sabet lis-seba’ baġit ta’ Gvern Laburista, konformi mal-Patt ta’ Tkabbir u Stabbiltà taż-żona Ewro.

Bħalma jiġri kull sena, il-Kummissjoni Ewropea analizzat jekk il-baġits tal-pajjiżi membri humhiex konformi mar-regoli tal-Patt, li fost l-oħrajn jobbligaw lill-Gvernijiet iżommu l-livell tad-dejn taħt is-60% tal-prodott domestiku gross, u d-defiċit fil-finanzi pubbliċi taħt it-3% tal-ġid maħluq mill-ekonomija.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Baġit li jiskadi – Adrian Delia

Hekk iddeskriva l-Baġit għas-sena 2019 il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Baġit li fi kliemu huwa mimli mizuri kosmetiċi.

Dan huwa s-seba’ baġit ta’ Gvern Laburista, huwa tieni baġit bla taxxi, u t-tielet baġit li qed jimmira għal surplus fil-finanzi pubbliċi.

Aqra aktar

ARA: Il-Unjins pożittivi għat-tieni baġit bla taxxi

‘Ippjanar ekonomiku għat-tisħiħ tas-soċjetà.’

Hekk iddeskriva l-mod kif ġie ppjanat il-baġit għall-2019, is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union Josef Bugeja li saħaq kemm permezz ta’ dan il-baġit, il-Gvern qed juri kemm huwa verament qrib il-ħaddiema:

“Diversi miżuri li qed jgħinu lil diversi faxex tan-nies. Għandek il-housing soċjali, il-kirjiet, il-pensjonanti, pensjoni tad-diżabilità, allowances, għajnuna medika lil min ma jiflaħx iħallas, edukazzjoni, estensjoni ta’ trasport b’xejn. Diversi miżuri biex ħadd ma jibqa’ lura fis-soċjetà tagħna”.

Aqra aktar

ARA: L-Imsieħba soċjali sodisfatti bil-baġit għall-2019

Il-baġit għall-2019 intlaqa’ tajjeb ħafna minn diversi msieħba soċjali, u kulħadd ikkummenta dwar dak li l-aktar laqat lilu.

Il-Prisdent tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin apprezza l-fatt li l-Gvern sema’ u laqa’ bosta proposti li saru mill-MDA; b’mod partikolari fejn tidħol l-akkomodazzjoni affordabbli.

Aqra aktar

Se jitħabbru miżuri dwar is-suq tal-propjetà fil-Baġit li ġej

In-numru ta’ familji li jistgħu jsejħu lilhom infushom sidien ta’ djarhom żdied b’aktar minn 12,000 familja, biex issa ftit anqas minn 80% tal-familji Maltin għandhom id-dar tagħhom.

Ċifrji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ististika juru li tul dawn l-aħħar ħames snin ta’ Gvern Laburista, ir-rata ta’ persuni li jgħixu mċaħħda mill-aktar affarijiet bażiċi kompla dejjem jonqos, biex minn numru li jlaħħqu €40,000 issa din iċ-ċifra niżlet għal 11,000.Aqra aktar

Il-pubbliku jgħid tiegħu dwar il-baġit

Għadha kif ġiet organizzata it-tielet konsultazzjoni mal-pubbliku ta’ qabel il-budget. Fil-preżenza ta’ diversi persuni li attendaw għall-laqgħa, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna sema’ l-opinjonijiet tal-pubbliku dwar il-baġit  2019 li se jitħabbar fit-22 ta’ Ottubru li ġej.Aqra aktar

Il-baġit għall-2019 se jitħabbar fit-22 ta’ Ottubru

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-baġit għas-sena d-dieħla se jitħabbar fit-22 ta’ Ottubru.

F’business breakfast dwar il-baġit flimkien mal-imsieħba soċjali u persuni involuti fin-negozju, il-Professur Scicluna qal li s-suċċess ekonomiku li kiseb pajjiżna ma nżammx fuq l-ixkaffa iżda twettaq f’diversi miżuri u inizjattivi li kellhom skop li jgħinu lis-soċjeta timxi ‘l quddiem.

Il-Ministru Scicluna qal li l-interess ewlieni tal-Gvern huwa li jkun hemm bilanċ fil-finanzi u li l-ġid jitqassam b’ġustizzja u b’reqqa.Aqra aktar

Send this to a friend