awwissu | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: L-ebda mewġa ta’ sħana għal Awwissu 2018

Jidher li sal-lum 22 ta’ Awwissu 2018 , is-sajf Malti ma pproduċa l-ebda mewġa ta’ sħana kif imdorrijin is-soltu iżda ma nistgħux ngħidu l-istess fir-rigward tal-maltemp.

F’Awwissu sa issa saru 9 maltempati bir-ragħad. Huwa fatt li xita tkun mistennija iżda din is-sena ir-ragħad iddomina l-maltemp li kellna tul dan ix-xahar saħansitra sal-lejl li għadda.

Jidher li għad baqa’ x’nistennew minn dan it-tip ta’ temp.

 

Glitch Festival b’edizzjoni akbar mis-soltu f’Awwissu li ġej 2018

Wara żewġ edizzjonijiet stupendi, Glitch Festival malajr stabilixxa ruħu bħala l-ikbar festival f’Malta u wieħed mill-aktar magħrufa fl-Ewropa u d-dinja tal-mużika elettronika. Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, f’edizzjoni li rat xejn inqas minn 4,000 persuna minn 50 pajjiz differenti, it-tim wara Glitch qed iħejji ruħu għal edizzjoni saħansitra ikbar għas-sena 2018.

Glitch Festival se jirritorna fl-14 u 16 t’Awwissu għal tliet ijiem ippakkjati b’mużika techno u house. Għall din is-sena ukoll, il-festival se jkun qed isir fil-Gianpula fields, taħt il-fortifikazzjoni medjevali tal-Imdina. Il-festival prinċipali se jkun qed isir nhar l-14 u 15 t’Awwissu. Fis-16 t’Awwissu, il-gran finale permezz ta’ boat party.

Il-festival ser jinkludi 4 sezzjonijiet differenti – minn ‘pool parties’ sa vaults sigrieti. L-artisti involuti huma ta’ kwalita’ u diversita’ kbira, tant li huma meqjusa fost l-aqwa fid-dinja. Dawn jinkludu Nina Kraviz, Jeff Mills, Amelie Lens, Rodhad, Charlotte De Witte, Floorplan u Dax J. Id-duo legendarju tal electro Dopplereffekt li ser ikunu qed jaghmlu show live rari hafna, f’wahda mis sezzjonijiet il godda ghal dis sena. Bla dubju li ser jkun hemm mumenti tajbin hafna ma whud mil ahjar artisti fl-industrja tal musika eletronika fosthom Peggy Gou, Young Marco, Call Super, Gesloten Cirkel, Objekt, OR:LA, Volvox, Alaxander Robotnick u Jupiter Jax.

Il-ballu tal-qamar t’Awwissu

Il-Palazz Verdala, s-Sibt fil-għaxija kien mixgħul u preparat, biex jgħati l-esperjenza tal-ħolm li kapaċi joffri l-ballu tal-Qamar t’Awwissu.  B’hekk dawk kollha li kienu preżenti, esperjenzaw edizzjoni oħra tal-ballu tal-President.  Edizzjoni li fiha nġabret somma b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation.

Aqra aktar

La tarah u lanqas tmissu – għaliex ngħidu hekk fuq Awwissu?

M’ilux wisq li tajna merħba lix-xahar t’Awwissu. Malli jdawru l-kalendarju (jekk idawruh – ta’ ħafna jkun għadu jimmarka Jannar) ħafna jtennu kliem li fettlilna nistaqsu xi jfisser: Awwissu, la tarah u lanqas tmissu. Imma x’tara? Xi tmiss? Tkellimna mal-Professur tal-Malti Manwel Mifsud.  Skoprejna li din hija biss varjazzjoni, u fil-verità l-qawl jirreferi għall-biedja u t-temp.

Screen Shot 2016-08-03 at 12.26.13

Fi kliem il-professur

Aħna l-Maltin għandna ħafna qwiel, imma l-aktar fejn jidħlu t-temp u l-biedja. Tifhimha, għaliex dari bosta minna kienu jgħixu mill-biedja. Tista’ tgħid li kull xahar għandu l-qwiel tiegħu, li bihom l-għerf u l-esperjenza tal-missier kienu jgħaddu għal għand ibnu.

AWWISSU

L-aktar qawl popolari fuq Awwissu jgħidilna li: Awwissu, ix-xemx taħarqu u x-xita tmissu. Dan il-qawl għandu ħafna varjanti, l-aktar marbutin mal-frott, li bħalissa jkun fl-aqwa tiegħu. Tisma’ min jgħidlek: F’Awwissu, it-tin tibda tmissu jew F’Awwissu, l-għeneb iħallik tmissu. Ġieli mbagħad nisimgħu lil xi ħadd li dal-qawl idawru biex iġibu ftit ħamallu u jdaħħaq lil ta’ madwaru.

It-tifsira tal-qawl oriġinali hija ċara: f’Awwissu x-xemx taħraqna u taħqarna kemm tiflaħ… imma lejn tmiemu mhix l-ewwel darba li tagħmel xi bexxa xita (kemm tmissu), jekk ma tilħaqniex ukoll it-taqliba tat-temp li soltu jagħtina Settembru. Mela huwa xahar ta’ kuntrast fil-klima, kuntrast li jidher f’xi qwiel oħra: Xemx u xita, Alla jaf meta, jew Ix-xita u x-xemx, tgħammed Tork!

Kos, kemm hemm għerf u tradizzjoni fil-qosor ta’ dawn il-qwiel!

Send this to a friend