avukat – One News

Notifiki

Avukat b’każijiet pendenti jitlob li jitħalla jmur fir-Renju Unit

Patrick Spiteri, Avukat, qiegħed jitlob kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest iżjed laxki sabiex imur jaħdem fir-Renju Unit wara li rċieva offerta ta’ xogħol. Spiteri għandu każijiet pendenti fil-qrati Maltin wara li lura fl-2014 kien arrestat f’Surrey u estradit lejn pajjiżna sabiex jaffaċċja akkużi ta’ frodi u miżapropjazzjoni.  Aqra aktar

Aġġornat: Cohen jgħid li Trump ta struzzjonijiet biex jinkisru regoli finanzjarji fil-kampanja elettorali

L-eks Avukat ta’ Donald Trump, Michael Cohen, wieġeb ħati għal ksur tal-liġijiet ta’ finanzjament ta’ kampanji elettorali. Dan b’referenza għal ħlas ta’ flus lill-allegat maħbubin li kellu Trump, sabiex dawn ma jitkellmux dwar dak li kien seħħ.

Fl-ammissjoni tiegħu Cohen ammetta li l-ordni ġiet taħt id-direzzjoni ta’ kandidat, li hu mifhum mhu ħadd ħlief l-illum President Amerikan Donald Trump.

Minn naħa tiegħu, qabel rally f’West Virginia, Trump injora mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar dan il-każ.Aqra aktar

L-Avukat Ġenerali Peter Grech jinħatar f’kariga Ewropea

 

L-Avukat Ġenerali Peter Grech inħatar Viċi-President tan-Network ta’ Prosekuturi Ġenerali fil-Qrati Supremi jew Istituzzjonijiet Ekwivalenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Il-ħatra saret waqt il-laqgħa annwali ta’ dan in-Network li saret f’Pariġi fis-17 u fit- 18 ta’ Mejju 2018.

Aqra aktar

Mistoqsijiet dwar flus il-PN u Delia

Iktar minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li kien żvelat li Adrian Delia sab ħamsa u ħamsin elf ewro cash biex jibda jħallas it-taxxa, Delia tkellem għall-ewwel darba minn fejn ġabhom.

Qal għall-ewwel darba li l-flus ġabarhom mingħand min kellu jagħtih meta kien avukat.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: IR-RIKORS TAL-AĠ SAR B’URĠENZA, IL-QORTI TISMA’ L-KAŻ ILLUM

B’urġenza tard ilbieraħ filgħaxija l-Avukat Ġenerali daħħal rikors il-Qorti biex din tisma’ mill-iktar fis it-talba tiegħu biex ikun revokat il-ħelsien mill-arrest li ngħata s-Serb li faqa’ tazza f’wiċċ żagħżugħ f’Buġibba u l-Qorti laqgħet dan ir-rikors biex se tkun qed tisma’ din it-talba llum. Id-deċiżjoni tal-Maġistrat Micallef Trigona li jagħti l-ħelsien mill-arrest waslet għar-reazzjoni mmedjata tal-prosekuzzjoni li skont tagħrif li għandna mill-ewwel talbet li jsir l-appell. Minn naħa tiegħu l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali daħħal ir-rikors ilbieraħ wara l-għaxra ta’ bil-lejl.

Aqra aktar

Il-każ tas-sess fil-karozza: AKTAR PASSI LEGALI

Il-ġimgħa li għaddiet, irrapportajna li ttieħdu passi legali fil-konfront ta’ persuna li injorat it-twissijiet tal-Pulizija u xerrdet filmat ta’ koppja tagħmel atti sesswali f’karozza.

Waqt il-programm Pjazza, l-avukat tal-vittmi, Andy Ellul, qal li fis-sigħat li ġejjin se tkun ippreżentata kwerela oħra. Dan biex il-Pulizija ma jinvestigawx biss l-użu ħażin ta’ kompjuters u mowbajls, li minnha nfisha tfisser piena ta’ erba’ snin ħabs u multa ta’ €23,000, iżda tinvestiga wkoll taħt l-att dwar it-telekomunikazzjoni. Jekk jinstab li jkun inkiser dan l-att, hemm multa oħra ta’ €23,000.

L-avukat saħaq li l-poplu għadu ma fehemx il-konsegwenzi legali li dan it-tip ta’ filmat ikun imxerred. Forsi fehem biss li t-tixrid ta’ porn iwassal għal sentejn priġunerija, però hemm ħafna iktar konsegwenzi legali. Dik il-persuna li xerrdet il-filmat minkejja l-avviżi tal-Pulizija, per eżempju, esponiet lilha nfisha kemm kriminalment kif ukoll ċivilment.

Aqra aktar

Tingħata estensjoni lill-avukat li qed imexxi inkjesta dwar l-allegat każ t’Għawdex

Stqarrija mill-Uffiċju tal-Prim Ministru

L-Avukat John Vassallo li nħatar mill-Prim Ministru biex immexxi inkjesta dwar storja tal-Malta Today dwar allegat indħil minn persuni politiċi mhux imsemmija f’każ ta’ arrest ta’ persuni dwar drogi f’Għawdex, illum talab lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall-estensjoni sal-5 ta’ April li ġej biex jikkonkludi din l-Inkjesta. Din l-estensjoni ngħatat.

Send this to a friend