avukat ġenerali | One News

Notifiki

L-AG jsostni li l-inkjesta Egrant m’għandhiex tiġi ppubblikata issa biex ma tippreġudikax l-investigazzjonijiet tal-Pulizija

L-Avukat Ġenerali Peter Grech reġa’ sostna fil-Qorti li r-rapport tal-inkjesta Egrant m’għandux jiġi ppubblikat b’mod sħiħ biex ma jiġux ippreġudikati investigazzjonijiet li għaddejjin mill-pulizija u anke minħabba kontijiet bankarji ta’ terzi li jissemmew fl-inkjesta. Dr Grech qal dan waqt it-trattazzjoni fil-kawża li fetħalu l-Kap tal-Oppożizzjoni biex jagħtih kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant.

Inkjesta li sabet li saret gidba fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat, martu u familtu meta ġie allegat li l-kumpanija Egrant hija tal-familja Muscat. Bl-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mexxa kampanja fuq din il-gidba ċċertifikati fil-konfront tal-Prim Ministru u martu.Aqra aktar

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jieqaf jimmina l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Il-Kap tal-Oppożizzjoni jaf li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-kariga ta’ Avukat Ġenerali huma protetti b’liġijiet speċjali li jiggarantixxu awtonomija u indipendenza sħiħa mill-gvern tal-ġurnata.  Is-sistema legali tagħna tipprovdi, fost oħrajn, li l-Avukat Ġenerali ma jistax jitneħħa mill-kariga jekk mhux bil-vot ta’ żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati.

Dan sabiex ikun assigurat li d-deċiżjonijiet li jieħu l-Avukat Ġenerali u l-Uffiċċju tiegħu jittieħdu mingħajr biża’ jew favuri, u b’mod kompletament distakkat mill-gvern tal-ġurnata.

Aqra aktar

Azzopardi m’għandu l-ebda kredibiltà li jitkellem fuq ħaddieħor

  • Test ieħor għall-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil

F’konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun indirizzata mill-Ministru Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri ntqal kif fl-aħħar żewġ rapporti li nħarġu dwar il-propjetajiet li nxtraw mill-Gvern Nazzjonalista fit-Triq ir-Repubblika l-Belt mingħand l-HSBC u l-għoti ta’ art valutata €8miljuni għal €700,000 lill-benefattur tal-PN f’Ħal Qormi, l-Awditur Ġenerali qed jgħid li Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabiltà.

Il-Ministru Bonnici fakkar kif l-eks-Ministru Nazzjonalista diġa’ kellu kundanna oħra mill-Awditur Ġenerali fuq propjetajiet li ngħataw lejliet l-aħħar elezzjoni ġenerali fosthom fid-distrett tiegħu stess, kundana li kisret xi awtorità morali li seta’ kellu. B’dawn iż-żewġ kundani tal-bieraħ, stqarr Dr Bonnici, komplew niezlu l-affarijiet aktar ‘l isfel għal Jason Azzopardi li m’għandu l-ebda kredibiltà li jitkellem fuq ħaddieħor.

Aqra aktar

Send this to a friend