avjazzjoni – One News

Notifiki

Il-bdoti se jkunu jistgħu jikkontrollaw l-ajruplan permezz tal-vuċi tagħhom


Dan li jidher fil-filmat t’hawn taħt huwa parti minn proġett ġdid li tnieda mill-Istitut tat-Tekonoloġija Aerospazjali fi ħdan l-Università ta’ Malta, li permezz tiegħu, il-bdoti se jkunu jistgħu jikkontrollow u jimmanivuraw ukoll l-ajruplan permezz tal-vuċi tagħhom.

Il-proġett magħruf bl-isem Touch-Flight 2 jsegwi Touch Flight 1 li permezz tiegħu, il-kontrolli u l-istrumenti kollha fil-kabina tal-ajruplan inġibu eqreb tal-bdot.Aqra aktar

Malta se tospita summit dinji dwar l-avjazzjoni fl-2019

Is-sena d-dieħla Malta se tkun qed tospita l-CAPA World Aviation Outlook Summit 2019, flimkien mal-CAPA Global Aviation Awards for Excellence Gala Dinner.

CAPA hija entità tal-avjazzjoni influwenti ħafna, u tgħin lill-partijiet u negozji ewlenin fis-settur tal-avjazzjoni bl-informazzjoni marbuta mal-mexxejja tal-industrija. Dan bil-għan li jevolvi dan is-settur tant importanti għall-ekonomija, trasport u turiżmu.Aqra aktar

FILMAT: imkaxkar ‘il barra mill-ajruplan

Raġel kien imneħħi b’mod vjolenti min uffiċjali tal-avjazzjoni f’titjira tal-United Airlines fl-ajruport internazzjonali ta’ Chicago O’Hare. Kif jidher fil-filmat, il-passiġġier ġie mkaxkar l-barra.

Fi stqarrija l-linja tal-ajru qalet li fit-titjira skedata kien hemm overbooking u ħadd ma ried iħalli l-ajruplan b’mod volontarju. Għalekk intagħżlu erba’ passiġġieri u ntalbu jitilqu.  Però kien hemm passiġġier li ma riedx iħalli postu. Biex dan il-passiġġier jitlaq, intalbet l-assistenza tal-uffiċċjali tal-avjazzjoni u kaxrkru l-passiġġier ‘il barra.

Id-dipartiment tal-avjazzjoni ta’ Chicago ħareġ stqarrija li l-uffiċjal li kaxkar lir-raġel il-barra mill-ajruplan intqiegħed fuq leave sakhemm jagħmlu l-istħarriġ tagħhom.

Aqra aktar

220 ajruplan irreġistrat hawn Malta

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li s-settur tal-avjazzjoni qed isir kontributur ewlieni lill-ekonomija ta’ pajjiżna, li kull ma tmur qed tikber. Qal li qafas leġiżlattiv robust u modern, flimkien ma’ proċedura sempliċi ta’ reġistrazzjoni, sarrfet biex issa hawn aktar minn 220 ajruplan irreġistrat hawn Malta u madwar 30 operatur li għandhom Air Operator’s Certificate Malti.

Il-Ministru ħabbar dan waqt forum bejn awtoritajiet Ewropej tal-avjazzjoni.

Wasla ta’ ajruplani tal-baħar f’Malta

Ix-xahar id-dieħel pajjiżna se jesperjenza wasla ta’ ajruplani tal-baħar minn Lago di Como. Tħabbar dan waqt seminar dwar is-settur tal-avjazzjoni f’pajjiżna.

Matulu intqal li fl-aħħar tliet snin, r-reġistru tal-avjazzjoni esperjenza tkabbir b’xejn inqas minn mitejn u erbgħin ajruplan irreġistrati taħt il-bandiera Maltija.

Aqra aktar

Ħarset Miriam Dalli fuq il-‘business aviation’

 

“Għandu jkun hemm inqas burokrazija u aktar sostenn lis-settur tal-avjazzjoni kummerċjali, maghruf aħjar bħala Business Aviation, biex dan ikompli jkabbar l-operat tiegħu f’Malta u jikkontribwixxi lejn l-ekonomija Maltija.”

Qalet dan l-MEP Laburista Miriam Dalli waqt żjara li għamlet fil-hangar il-ġdid tal-kumpanija MCM, li fiha ltaqgħet ukoll ma’ rappreżentanti ta’ madwar 15-il kumpanija li topera f’dan is-settur.

“L-avjazzjoni kummerċjali tista titqies bħala niċċa ġdida li gradwalment qed tkompli tikber u tkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna. Biżżejjed wieħed isemmi li dan is-settur jimpjega direttament madwar 3,000 ħaddiem, u jġib lejn pajjiżna klijenti li jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjizna. Madankollu tajjeb li nkomplu nahdmu biex nissimplifikaw ċertu aspetti burokratici biex dan is-settur ikompli jikber,” qalet Dalli.

Aqra aktar

Send this to a friend