AUM – One News

L-AUM bi ftehim storiku mal-Università ta’ Arkansas

F’anqas minn ġimagħtejn mindu ġiet inawgurata, l-Università Amerikana f’Malta ffirmat ftehim storiku mal-Univiersità Amerikana ta’ Arkansas biex jibdew jipprovdu flimkien degree fil-qasam tal-finanzi u fit-tmexxija tan-negozju.

Fi stqarrija, l-Univesità Amerikana f’Matla qalet li dan il-ftehim jikkonferma l-impenn tagħha li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru internazzjonali għall-eċċellenza fil-qasam tal-edukazzjoni.
Il-ftehim ġie ffirmat mill-President tal-Univeristà Amerikana f’Malta Dr Lewis Walker u mill-Kanċillier tal-Università ta’ Arkansas Dr Kelly Damphousse fil-preżenza tal-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fil-kampus tal-AUM f’Bormla. L-Università ta’ Arkansas li hija istituzzjoni edukattiva ta’ reputazzjoni għolja fl-Istati Uniti għandha madwar tletin elf student u toffri korsijiet f’bosta oqsma.Aqra aktar

L-AUM qed tonora l-obbligi tagħha

L-Università Amerikana ta’ Clemson issottomettiet l-ewwel rapport preliminari tagħha dwar l-American University of Malta u iktar tard din is-sena se tkun qed tressaq l-ewwel rapport annwali tagħha dwar din l-Università.

Dan skont il-kundizzjonijiet li għandha l-AUM biex topera bħala Università f’pajjiżna. Kundizzjonijiet li jirriżultaw mil-liċenzja li tat il-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla (NCFHE). Fil-fatt meta ingħatat il-liċenzja, intqal li l-assoċċjazzjoni ma’ universitajiet Amerikani kienet kruċjali għal din l-Università biex ingħatat il-liċenzja f’pajjiżna.

Clemson University hija waħda mill-iktar universitajiet pubbliċi selettivi fl-Istati Uniti u kienet imniżżla bħala l-21 fil-lista tal-aqwa universitajiet mill-U.S News & World Report. Unuri oħra ngħataw f’magazines bħal Kipinger u SmartMoney.

Clemson hija ffukata fuq ix-xjenza u l-inġinerija b’enfasi fuq ir-riċerka, it-tagħlim u s-servizzi. Imwaqqfa fl-1889, l-Università tiftaħar bl-impenn għal riċerka ta’ klassi mondjali u tgħid li minn stħarriġ li sar 92% tal-gradwati tagħha jgħidu li jerġgħu jagħżlu lilha bħala istituzzjoni ta’ tagħlim.

Aqra aktar

L-AUM fit-triq miftiehma

L-Università Amerikana ta’ Malta, l-AUM, iddikjarat li l-proġett tagħha f’pajjiżna huwa miexi skont l-obbligi li joħroġu mill-kundizzjonijiet biex ingħatat liċenzja ta’ università mill-Kummissjoni għall-Edukazzjoni Ogħla (NCFHE) u awtoritajiet oħra.

Fi stqarrija l-AUM irreferiet għal rapport dwar bidliet fil-ħaddiema u qalet li minn din il-ġimgħa daħlu jaħdmu akkademiċi ġodda. “L-Università għandha full complement f’dan l-istadju tal-proġett,” qalet l-istqarrija tal-Università. “B’dan l-ingaġġ, l-AUM se tgawdi minn staff akkademiku tal-ogħla kalibru inkluż gradwati b’ PhD minn universitajiet rinomati madwar l-Ewropa, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Awstralja,” qalet l-AUM f’ġimgħa fejn l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni kontra l-proġett. Mozzjoni li, kif tanalizza din il-gazzetta din il-ġimgħa, tinjora r-rekwiżiti tal-kuntratt.

Aqra aktar

Boroż ta’ studju tal-MBA offruti mill-AUM

Studenti Maltin issa għandhom l-opportunità li japplikaw għal boroż ta’ studju biex jiksbu grad ta’ Masters fil-Business Administration; l-MBA. 

Dan hekk kif l-American University of Malta żiedet dan il-kors mal-għaxar boroż ta’ studji li diġà qed toffri fil-qasam tal-Bachelor of Science in Accounting, Business u Game Development. 

Aqra aktar

Esperjenza internazzjonali fl-AUM

Il-maġġoranza tal-akkademiċi li fl-aħħar ġimgħat bdew jaħdmu mal-Università Amerikana ta’ Malta għandhom esperjenza internazzjonali.

Spjega dan ir-rettur tal-Università Amerikana ta’ Malta, John Ryder, f’mument fejn l-Università qed tħejji bl-iktar mod metikoluż għall-ewwel sena akkademika tagħha.

Aqra aktar

Għaxar boroż ta’ studju b’valur ta’ €300,000

Il-Gvern irċieva għaxar boroż ta’ studju mill-American University of Malta (AUM), li jammontaw għal aktar minn €300,000 u se jkun qiegħed immedjatament joffrihom lill-istudenti f’pajjiżna biex ikollhom aktar opportunitajiet ġodda u varji fuq livell undergraduate.

Aqra aktar

AKKADEMIĊI B’INTERESS KBIR FL-AUM

Akkademiċi minn madwar id-dinja urew interess kbir fis-sejħa li ħarġet l-American University of Malta biex letturi f’suġġetti differenti jingħaqdu magħha fil-ħmistax il-qasam li l-universita se jkollha f’pajjiżna

Il-Professur John Ryder, Rettur ta’ din l-università, qal li kienu madwar tliet mija l-persuni li applikaw għal din l-ewwel sejħa li għamlet l-Università. L-interess f’ċerti dixxiplini kien wieħed li jiżboq kull aspettativa.

Ir-rettur spjega kif dawk li applikaw ġejjin minn pajjiżi diversi, għalkemm kien innotat interess partikolari mill-Istati Uniti.  Kienu ingaġġati wkoll Ewropej u Maltin.

Aqra aktar

L-AUM tfittex l-akkademiċi, se jibda t-tagħlim

L-Università Amerikana ta’ Malta qed tħejji għall-ewwel sena akkademika tagħha tant li ta’ spiss fil-ġurnali qed jidhru reklami li jsejħu għall-akkademiċi biex jaħdmu ma’ din l-istituzzjoni.

Bl-ewwel kampus li se jintuża se jkun dak f’Bormla fejn issa x-xogħol avvanza sew.

Aqra aktar

Send this to a friend