august moon ball | One News

Notifiki

Imniedi l-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu 2018

L-edizzjoni 2018 tal-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu se ssir nhar l-4 ta’ Awissu li ġej fil-Palazz Verdala.

Dan huwa ballu tradizzjonali li jsir fl-ewwel sibt ta’ Awissu, u li l-flus li jinġabru minnu jmorru kollha għall-Malta Community Chest Fund.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca rringrazzjat lill-organizzaturi tal-impenn li dejjem juru għal dan il-ballu, li kull ma jmur jgħaqqad iktar persuni flimkien.

Il-Biljetti jistgħu jinxtraw mill-Palazz ta’ San Anton jew mill-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, kif ukoll mis-sit www.augustmoonball.com

 

Imniedi l-Ballu tal-Qamar t’Awwissu – raġuni doppja

Il-President ta’ Malta nediet l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-August Moon Ball, li din is-sena se jsir nhar il-5 t’Awwissu. Il-President Marie Louise Coleiro Preca saħqet fuq l-importanza ta’ dan l-avveniment hekk kif jiftaħ l-istaġun tal-avvenimenti b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Hija stqarret li f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena, l-ispiża tal-mediċina ta’ pazjenti Maltin irdupjat minn dik tas-sena l-oħra u għalhekk l-għajnuna hija importanti iktar minn qatt qabel.

Iċ-chairman tat-tim organizattiv tal-ballu, Daniele de Petri Testaferrata, saħaq kif din is-sena, bħal kull sena oħra se jkun ballu tal-aqwa livell, anke bis-sehem tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-korp tal-Pulizija u l-kavalerija tiegħu u l-inguardia parade. Il-mużika tal-ballu se terġa’ tkun f’idejn il-Brass House Unit.

Min jixtieq jattendi jista’ jmur l-uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund il-Belt Valletta, iżur il-Palazz ta’ San Anton jew inkella jżur is-sit online tal-August Moon Ball.

Aqra aktar

Il-ballu tal-qamar t’Awwissu se jsir fis-sitt jum tax-xahar

Tnediet edizzjoni oħra tal-ballu tal-qamar t’Awwissu. Dan se jsir is-Sibt 6 t’Awwissu, bl-iskop li d-dħul kollu jmur ghall-Malta Community Chest Fund.

Meta ħabbret dan f’konferenza tal-aħbarijeit, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca qalet li l-għan tal-Malta Community Chest Fund jibqa’ dak li jkunu salvati l-ħajjiet. F’każijiet oħra jkun żgurat li l-pazjenti u l-qraba tagħhom jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar sakemm iħallu din id-dinja.
Aqra aktar

Send this to a friend