attivita politika | One News

Notifiki

“Sena b’investiment f’infrastruttura għall-futur” -JM

Fl-aħħar attività politika għal din is-sena, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar kif matul din is-sena l-pajjiż għamel investiment kbir fl-infrastruttura tal-pajjiż u wera li nbidlet totalment il-paġna ta’ kif isir l-investiment f’dan il-qasam.

Infrastruttura li tinkludi t-toroq, iżda mhux biss.Aqra aktar

Il-PM dwar kwistjonijiet personali u t-talba li għandu jagħmel Delia

Fl-Imsida, il-Prim Ministru rrefera wkoll għall-iktar gidba riċenti dwar il-familja tiegħu. “Din il-ġimgħa nsib miktub minn membru tal-Oppożizzjoni li ħareġ jgħid li t-tfal tal-Prim Ministru qed imorru skola privata fl-Ingilterra fejn qed jonfqulu €65,000 f’tution fees”, spjega l-Prim Ministru li qal kif dan qagħad fuq tagħrif ta’ kont anonimu. Aqra aktar

Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet ambjentali b’mod strateġiku

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, tkellem fid-dettall dwar il-pjan tal-gvern fil-qasam ambjentali u f’laqgħa politika fil-Gudja fisser kif anke f’dan is-settur il-gvern qed jieħu d-deċiżjonijiet b’mod pjanat u strateġiku biex il-pajjiż ikun lest għall-ġenerazzjoni li jmiss.

“Qed nieħdu deċiżjonijiet li ilhom snin twal biex jittieħdu. Għandna oppożizzjoni gallarija li mbagħad tipprova twaħħal f’ħaddieħor,” spjega l-Prim Ministru.

Fost oħrajn tkellem dwar kif  b’rabta mal-immaniġjar tal-iskart il-pajjiż sab sitwazzjoni tal-biża’ u fisser kif il-gvern għamel studji biex jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa. Tkellem dwar kif l-Unjoni Ewropea tgħid li pajjiż irid jirriċikla 65% tal-prodotti u materjal ta’ ippakkeġjar u skart domestiku.“Xorta jifdal 35%,” qal Joseph Muscat li tkellem dwar kif il-gvern irid inaqqashom. “Se jkollna sistema fejn il-fliexken mhux tarmihom imma meta terġa’ tmur is-supermarket tpoġġihom f’kaxxa u tieħu l-flus lura,” qal Joseph Muscat.

Il-Ministru għall-Ambjent qed iħejji white paper fuq hekk ukoll. “Issa jew irridu s-serjetà jew ma rriduhiex,” irrimarka il-Prim Ministru li spjega l-għażliet li hemm għal dak l-iskart li qatt ma jispiċċa riġenerat.

Aqra aktar

Send this to a friend