attakk terroristiku | One News

Notifiki

Tlettax maqtula wara attakk suwiċidja fl-Indonesja

Tlettax-il persuna nqatlu u madwar erbgħin oħra ndarbu wara attakk suwiċida fi tliet knejjes fil-belt ta’ Surabaya, fl-Indonesja.

Intqal li l-attakki seħħu minn familja li kienu għadhom kemm jaslu lura minn vjaġġ fis-Sirja: ir-raġel daħal ġo knisja permezz ta’ karozza, l-omm u ż-żewġ ibniet attakkaw it-tieni knisja u t-tielet knisja kienet attakkata minn żewġt itfal oħra.

Il-President tal-Indonesja, Joko Widodo qal li dan imur kontra l-limiti tal-umanita’ fejn wassal għall-qtil tal-innoċenti.

Il-grupp imsejjaħ l-Istat Iżlamiku ħa r-responsabiltà ta’ dan l-attakk.

Attakk terroristiku fi New York

Tmien persuni tilfu ħajjithom u ħdax oħra ndarbu serjament fi New York wara li spiċċaw vittmi t’attakk terroristiku.

Ħamsa mill-mejta kienu ħbieb mill-Arġentina li flimkien ma’ grupp ta’ ħames persuni oħra kienu fi New York biex jiċċelebraw it-tletin anniversarju minn meta ggradwaw.

L-attakk seħħ f’Manhattan, meta raġel saq f’karreġġjata taċ-ċiklisti, u qabad jispara fl-istess waqt li jsuq bi trakk fuq dawk li kienu qed isuqu r-rota u oħrajn li kienu għaddejjin mill-inħawi.Aqra aktar

L-Ewropa fil-mira ta’ attakk terroristiku għal 142 darba fl-2016

Is-sena li għaddiet kien hemm 142 attakk jew attentat ta’ attakk terroristiku madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Iktar minn nofshom, proprju 67, kienu rrapportati fir-Renju Unit. Dan kien segwit bi Franza bi 23 każ, l-Italja bi 17–il każ, Spanja 10 każi, 6 seħħew il-Greċja, 5 il-Ġermanja, 4 il-Belġju u kien hemm attakk fl-Olanda.

Kien hemm 142 vittma li mietu f’attakki terroristiċi fl-Unjoni Ewropea u 379 li weġġgħu.

Dan irriżulta mill-għaxar edizzjoni tar-rapport dwar it-terroriżmu fl-Ewropa li kien ippreżentat f’pajjiżna f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Kummissarju Ewropew Dimitris Avramopolous, il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia u d-Direttur Eżekuttiv tal-Europol Rob Wainwright, b’dan tal-aħħar jispjega kemm huwa importanti li jkun hemm it-tixrid tal-informazzjoni bejn il-pajjiżi membri f’dawn iċ-ċirkostanzi partikolari.

Aqra aktar

Send this to a friend