ateni | One News

Notifiki

Simon Busuttil mażżra m’għonq il-PN – Alfred Sant

Simon Busuttil missu ireżenja immedjatament wara r-Rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja, iżda l-Partit Laburista jaqbillu jekk Busuttil ma jirreżenja għax dan huwa mażżra mal-PN. Dan qalu Alfred Sant dalgħodu fil-programm ‘Sibt il-Punt’ ma’ Manwel Micallef fuq ONE Radio. Alfred Sant  reġa’saħaaq li David Casa għandu jirreżenja mill-Parlament Ewropew. Casa mar Ateni fil-fondi tal-Parlament Ewropew biex jixhed favur Maria Efimova biex din ma tintbagħatx lura Malta.

Aqra aktar

Bil-filmat: Protesti f’Ateni b’reazzjoni għar-riformi l-ġodda fil-parlament Grieg

Madwar għoxrin elf persuna pprotestaw quddiem il-Parlament Grieg wara li leġislaturi għaddew pakkett ta’ riformi mitluba minn selliefa internazzjonali bi skambju għal fondi ta’ bailout.

Minuti qabel, membri tal-unjin trejdunjonistika mxew bil-kwiet lejn il-Parlament bl-ilment ewlieni tagħhom huwa l-bidla fil-liġijiet tax-xogħol li jagħmluha aktar diffiċli għall-għaqdiet li jsejħu strajk.

L-abbozz jintroduċi wkoll proċess elettroniku ġdid fuq self u arretrati lill-istat, jiftaħ professjonijiet magħluqa u jirristruttura l-benefiċċji tal-familja.

AĠĠORNATA: Il-Prim Ministru f’Ateni

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fis-summit EwroMediterranju li sejjaħ il-Prim Ministru tal-Greċja kienu diskussi soluzzjonijiet għall-ġejjieni. F’Ateni  attendew ukoll il-Prim Ministru Ċiprijot, il-President Franċiż, Il-Prim Ministru Taljan, dak Portugiż u  s-Segretarju tal-Stat Spanjol.

Joseph Muscat argumenta li r-ruħ soċjali Ewropea kienet minsija għal żmien twil u b’hekk il-mexxejja se jagħtu l-appoġġ u l-imbuttatura meħtieġa biex din l-idea terġa’ tkun attwata.

Fuq kollox, l-għan ta’ din il-laqgħa kien  biex ikun hemm pożizzjoni komuni bejn il-mexxeja tan-nofsinhar tal-Ewropa qabel il-laqgħa bejn il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea kollha fi Bratislava.

Kienet ukoll laqgħa ingħatat importanza assoluta mill-televiżjoni Griega.

Aqra aktar

Send this to a friend