assedju | One News

Notifiki

“Manwel Delia ma jistax jippretendi li d-dritt tiegħu huwa ikbar minn ta’ Maltin oħra”

L-avukat Joseph Brincat ippreżenta rikors fil-Qorti fil-konfront ta’ Manwel Delia dwar il-monument tal-Assedju l-Kbir, fejn qal li jekk Delia jippretendi li għandu d-dritt tal-liberta tal-espressjoni, daqstant ieħor l-esponenti għandu l-istess dritt li l-monument jibqa’ jinsinjifika dak li dejjem kien is-sinjifikat tiegħu. Manwel Delia ma jistax jippretendi li d-dritt tiegħu huwa ikbar minn dak li kien oriġinali għall-esponenti u ħafna Maltin oħra, kif ġie stabbilit anke permezz ta’ dikjarazzjonijiet uffiċċjali taħt diversi amministrazzjonijiet dwar il-monument tal-Assedju l-Kbir. Aqra aktar

ARA: Il-President ta’ Malta tpoġġi l-fjuri mal-monument tal-Assedju fil-Belt

Fil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum il-Vitorja, il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca għamlet żjara fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta.

Biswit il-monument quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja l-Belt Valletta, l-Forzi Armati ta’ Malta laqgħu lill-President, li mxiet sa quddiem il-Monument, fejn ingħatat il-Present Arms u ndaqqet il-fanfarra. Il-President poġġiet il-kuruna f’riġlejn il-monument, fejn minnufih ingħatat is-salut għall-okkażjoni.Aqra aktar

Titfakkar il-Vitorja f’Misraħ l-Assedju

Ilbieraħ filgħaxija, Misraħ l-Assedju fil-Belt Valletta ra mijiet ta’ nies jattendu għal serata kommemorattiva għal Jum il-Vitorja.

Din il-ġurnata mportanti fil-kalendarju Malti propju tfakkar ir-rebħa taż-żewġ assedji li saru fuq il-Gżejjer Maltin. Dak tal-1565 magħruf bħala l-Assedju l-Kbir u kif ukoll it-tieni Gwerra Dinija tal-1943, li b’kumbinazzjoni it-tnejn li huma ntemmu fit-8 ta’ Settembru.̧Aqra aktar

Jibda xogħol ta’ restawr fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt

Il-monument tal-Assedju l-Kbir f’Misraħ l-Assedju fil-Belt bħalissa qed ikun irrestawrat mill-Aġenzija tal-Kutura fi ħdan Heritage Malta, li hija responsabbli miż-żamma tal-monumenti Nazzjonali f’pajjiżna.

Fi ftit sigħat, il-monument se jkun iċ-ċentru ta’ ċerimonja li se tfakkar ir-rebħta ta’ Malta u tal-Ordni ta’ San Ġwann fl-1565, meta ntemmu xhur ta’ battalji kontra l-Ottomani.Aqra aktar

Kif pajjiżna ċċelebra jum il-Vitorja

Jekk hux biċ-ċelebrazzjonijiet statali quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir, jew f’ xi waħda mill-lokaltajiet li jiċċelebraw l-Bambina jew saħansitra fuq xi naħa tal-Port il-Kbir fejn saru t-tiġrijiet tar-Regatta, f’ pajjiżna t-tmienja ta’ Settembru hu ċċelebrat bil-kbir. One News żar l-elementi tradizzjonali kollha tal-festa tal-Vitorja.
Aqra aktar

In-nies jibdew mit-triq!

Hekk kif illum, pajjiżna qed jiċċelebra Jum il-Vitorja, bosta kienu dawk li ddeċidew li jżuru l-Forti Sant’ Anġlu li matul il-jum tal-Ħamis huwa miftuħ għall-pubbliku. Kif jidher tajjeb f’dawn ir-ritratti mijiet qed joħonqu t-triq biex huma wkoll ikunu jistgħu igawdu veduta spettakolari kif ukoll jgħixu l-passat.
Aqra aktar

Send this to a friend