artisti | One News

Notifiki

Se tkun qed tara fl-ajru ajruplan mhux tas-soltu

Ajruplan ġdid tal-linja nazzjonali ta’ Malta, Airmalta, se jkollu dehra ġdida. Dan wara li saret kompetizzjoni ta’ viżwali għal dan l-ajruplan il-ġdid. Kompetizzjoni ta’ suċċess hekk kif kienu bosta l-viżwali magħmula għal dan l-ajruplan. Iżda r-rebbieħ kien wieħed, u dan kien id-disinn ta’ Mitchell Dill mill-Istati Uniti.

Aqra aktar

Mil-lum, il-Belt Valletta ssir kalamita għall-artisti internazzjonali

Tnediet it-tielet edizzjoni ta’ VIVA – il-Valletta International Arts Festival. Dan huwa festival li beda bil-ħsieb li jwassal messaġġ b’arti viżiva, u li llum espanda sew.  Waqt konferenza tal-aħbarijiet, iċ-chairman ta’ VIVA Rupert Cefai spjega li għall-festival ta’ dis-sena, qed jikkontribwixxu 16-il artist minn 8 pajjiżi differenti.

Il-Ministru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici fisser il-festival bħala proġett li qed jimla l-vojt  li kien ilu jinħass għal ġenerazzjonijiet sħaħ fis-settur.

Aqra aktar

Presidenza li tpoġġi lill-artisti wkoll fil-qalba tal-Ewropa

Il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 hija assoċjata mal-aspett politiku. Madankollu, dawn is-sitt xhur li fihom Malta qiegħda fiċ-ċentru tal-attenzjoni tal-Ewropa, huma wkoll opportunità għat-talent lokali. Għalhekk il-Presidenza Maltija tal-UE qed tippreżenta programm kulturali vast u varjat maġenb dak politiku.

Ix-xahar ta’ Jannar, li ta bidu lil din il-Presidenza, għadda bħal leħħa ta’ berqa. Mhux inqas dak ta’ Frar, li segwieh b’diversi proġetti kulturali kbar. Fosthom hemm uħud li għadhom għaddejjin s’issa.

Aqra aktar

Grupp teatrali magħruf fid-dinja kollha se jkun fin-Notte Bianca 2017

In-Notte Bianca, il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Fondazzjoni Valletta 2018 għandhom il-pjaċir li jħabbru l-parteċipazzjoni tal-grupp teatrali Spanjol La Fura dels Baus bħala parti mill- festival ta’ din is-sena. Il-grupp teatrali magħruf d-dinja kollha se jorganizza performance workshop l-Belt, li se jsir mit-23 ta’ Settembru sas-7 ta’ Ottubru 2017, id-data tan-Notte Bianca.

Il-kollaborazzjoni qed titmexxa mid-direttur artistiku tan-Notte Bianca Valletta, Sean Buhagiar. “Dan huwa mument speċjali ħafna għalina. Hija l-akbar kisba tal-festival fejn tidħol il-kooperazzjoni internazzjonali. Kien ta’ unur għalina li La Fura juru l-interess tagħhom l- Festival għax dan juri li l-għanijiet tagħna huma konformi mal-istandards għoljin tax-xena internazzjonali,” spjega Buhagiar, id-Direttur Artistiku tan-Notte Bianca Valletta.

Aqra aktar

Jiltaqgħu l-artisti li jpinġu fuq il-ġisem

Sa ftit tas-snin ilhu kien hawn minn iqies it-tattoo bħala tabu. Madankollu llum il-ġurnata din saret xi ħaġa normali, anzi saret titqies bħala arti diffiċli aktar milli kieku qed tpenġi fuq tila.

Dawk li jfittxu biex jagħmlu tpinġija jvarjaw minn diversi setturi tas-soċjetà, fosthom anke professjonisti.

Aqra aktar

“GĦINU” – appell lill-artisti Maltin

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin nieda l-inizjattiva “Helping Through Art” biex jinġabru fondi biex jgħin lill-vittmi tat-terremot li laqat iċ-ċentru tal-Italja fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa 16:20 ta’ Awissu.

Il-Ministeru qed isejjaħ lill-artisti viżwali biex joffru b’donazzjoni xogħol ta’ arti, li mbagħad ikun irkantat nhar it-Tnejn, 10 t’Ottubru. Esebizzjoni tax-xogħolijiet tal-arti magħżula mbagħad mistennija tkun għall-wiri għall-pubbliku li jattendi n-Notte Bianca ta’ din is-sena u l-ġimgħa ta’ wara.

Aqra aktar

Fond ġdid għall-arti jinkoraġġixxi kollaborazzjoni internazzjonali fit-tul

Dawk l-artisti li huma interessati li joħolqu proġett artistiku ambizzjuż ma’ sieħeb internazzjonali fit-tliet snin li ġejjin issa se jkollhom ukoll l-opportunità li jiffurmaw parti mill-programm tal-Belt Valletta 2018 hekk kif għadu kif tnieda fond ġdid.

Il-fond – imsejjaħ il-Multi Annual Support Grant – huwa t-tielet fergħa tal-Malta Arts Fund immexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti u se jkollu allokazzjoni ta’ €220,000.

Aqra aktar

Il-Belt Valletta kif qatt ma rajtha!

Il-Belt kapitali ta’ Malta ispirat artist magħruf li saħansitra ħadem fuq il-films popolari Interstallar u Inception.

Wara li żar pajjiżna biex jipparteċipa fl-avveniment Malta Comic Con, Gabriel Hardman baqa’ impressjonat bix-xeni tal-Belt Valletta. Kien propju dan li wasslu juża x-xeni Maltin fis-seba’ edizzjoni tas-serje ta’ comic books bl-isem ta’ Invisible Republic.Aqra aktar

Send this to a friend