L-Ispeaker tal-Kamra tad-Daputati Anġlu Farrugia inawgura fil-Parlament ta’ Malta l-wirja artistika ‘Sunlight – Contemporary Watermedia and Oil Paintings’, ta’ Anastasia Pace.Aqra aktar

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Daputati Anġlu Farrugia inawgura fil-Parlament ta’ Malta l-wirja artistika ‘Sunlight – Contemporary Watermedia and Oil Paintings’, ta’ Anastasia Pace.Aqra aktar
F’dawra ma’ gwida fil-mużew tal-arti fil-Belt Valletta il-MUŻA, wieħed jista’ jinnota bi prominenza l-arti barokka tas-seklu sbatax, b’mod partikolari fil-parti ddedikata għall-mapep Ewropej, fejn hemm ‘il fuq minn 450 mappa – b’erba’ minnhom imorru lura għal żmien l-Assedju l-Kbir tal-1565. Aqra aktar
Waqt it-tnedija tal-kunċert tal-Pink October b’risq il-Fondazzjoni Marigold, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, is-Sinjura Michelle Muscat, saħqet fuq l-importanza li tingħeleb il-biża’, għaliex il-biża’ qed tkun ta’ deterrent li qed iżomm lin-nies milli jeżaminaw lilhom infushom dwar il-kanċer tas-sider. Aqra aktar
Tnieda t-tielet edizzjoni tal-Premju għall-Arti, premju li jagħti ġieh xogħlijiet eċċellenti u li jkunu taw kontribut fis-settur kreattiv ta’ pajjiżna. Il-premju, fuq inizjattiva tal-Kunsill Malti għall-Arti, se jkun taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, Dr. George Vella. Aqra aktar
Plejer tal-Premier Ingliż li jilgħab mat-tim tal-football Watford xtara ritratt tan-natura mingħand fotografu Żvediż li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar sbatax-il sena.
Johan Siggesson, isiefer madwar id-dinja sabiex jiġbed ritratti ta’ annimali salvaġġi. Sentejn ilu huwa mar il-Ġappun u ġibed ritratt ta’ speċi tax-xadini indiġeni fil-Ġappun. B’dan ir-ritratt huwa rebaħ ukoll l-premju tal-aqwa Travel Photographer tas-sena elfejn u sbatax fir-Renju Unit.
Iżda dan ir-ritratt ġibed l-għajn ta’ plejer żagħżugħ tal-Premier Ingliż, li minkejja li ma jistax jgħidilna ismu, huwa xtara dan ir-ritratt dettaljat għal prezz ta’ ftit aktar minn elf ewro.
Siggesson jistqarr kif l-imħabba lejn il-fotografija bdiet b’passatemp fl-elfejn u tmienja. Maż-żmien beda jsiefer madwar id-dinja fosthom mar fil-kontinent Afrikan.
Jgħidilna li minn passatemp, il-fotografija sar ix-xogħol tiegħu li minnu jaqla’ x’jiekol. Fi ħdax-il sena qal li ġibed aktar minn mija u sittin elf ritratt.
Siggesson qiegħed juża l-esperjenza tiegħu sabiex isservi ta’ gwida għal fotografi li qegħdin imorru jieħdu ritratti madwar id-dinja f’postijiet fejn in-natura turi l-aqwa tagħha.
Filfatt huwa qiegħed jaħdem ma’ kumpanija Amerikana u Żvediża dwar dan.
Festivals Malta nediet il-programm għall-istaġun sajfi, xahrejn ta’ kultura kontinwa b’ideat ġodda u inovattivi, esperjenza li se tinħass minn kulħadd.
Il-fesitval Għanafest, taħt id-direzzjoni tal-direttur artistiku, Tiziana Calleja, se jikontribwixxi għal qawmien mill-ġdid tal-wirt storiku Malti mżewwaq mal-kultura tal-lum. Ġnien l-Argotti se jkun qed jieħu xejra differenti b’programm għall-familja kollha.Aqra aktar
Il-Partit Laburista kkummissjona lill-artist magħruf Pierre Portelli biex joħloq tifkira esklussiva għall-erbħin anniversarju minn Jum il-Ħelsien.
Il-Ministru Ian Borg flimkien mal-Ministru Owen Bonnici nedew il-programm tal-arti fi spazji pubbliċi għat-tieni darba filwaqt li l-ewwel programm kellu suċċess b’sitt proġetti fejn artisti lokali flimkien mal-Kunsill lokali ta’fejn se titpoġġa l-arti ibbenefikaw mill-fondi allokati għal dan il-proġett.
Nazzareno Deguara, Żejtuni ta’ 45 sena ġie arrestat u akkużat fil-Qorti b’serqa ta’ kollezzjoni kbira ta’ arti minn residenza privata f’Ħal Balzan.
Huwa ġie mixli permezz ta’ ċitazzjoni, bil-kumpilazzjoni fil-konfront tiegħu mistennija tibda fi Frar quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo.Aqra aktar
Mijiet ta’ familji Maltin u Għawdxin ħonqu t-toroq tal-Belt Valletta għall-Aħħar Festa, li mmarkat l-għeluq ta’ Valletta 2018. Din l-okkażjoni speċjali li mmarkat il-qofol ta’ sena mimlija arti u kultura għal kulħadd.Aqra aktar
Send this to a friend