arresti – One News

Notifiki

Il-ħames akkużati bi 28 serqa ħarbu minn Malta bil-katamaran

L-għada li wieħed mill-ħames akkużati mixlija bi 28 serqa minn residenzi f’Ta’ Sliema u l-madwar, bejn l-2014 u l-2015 reġa’ tressaq il-qorti wara li ħarbu minn pajjiżna u hu nqabad fi Franza, ONE News tkellem maż-żewġ Unions tal-Pulizija li esprimew id-dispjaċir tagħhom li wara lill-pulizija mmexxija mill-Ispettur Fabian Fleri mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, ħadmet lejl u nhar sabiex inqabdu l-ħallelin involuti f’mewġa kbira ta’ serq,  kollha kemm huma spiċċaw ħarbu minn Malta wara li ngħataw il-ħelsien mill-arrest.Aqra aktar

TLIET PERSUNI ARRESTATI

Ilbieraħ għall-ħabta ta’ 11.00pm ġew arrestati tliet Libjani b’rabta ma’ traffikar ta’ droga. L-arrest sar f’appartament fi Triq il-Ġifen, San Pawl il-baħar.

Aqra aktar

15 ARRESTATI fil-Gżira, Tas-Sliema u San Ġiljan

 

Ħidma konġunta bejn il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, dawk ta’ Kontra l-Vizzji, kif ukoll mill-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit wasslet għall-arrest ta’ 15-il persuna mill-lokalitajiet tal-Ġzira, Tas-Sliema u San Ġiljan.

Il-persuni li l-eta’ tagħhom tvarja bejn is-17 u t-43 sena nstabu fil-pussess ta’ sustanzi suspettati kokaina, kannabis kif ukoll raża tal-kannabis.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Raġel b’rabtiet mal-ISIS arrestat fil-Ġermanja

Raġel Tuneżin ta’ sitta u tletin sena, suspettat li kien jingaġġa nies mal-grupp tal-Istat Iżlamiku, kien arrestat wara li saru diversi rejds fil-Ġermanja. Huwa kien wieħed minn sittax-il persuna arrestati fl-istat ta’ Hesse, hekk kif 1,100 pulizija fittxew appartamenti, negozji u moskej.

Aqra aktar

GĦAXRA ARRESTATI

Wara diversi jiem ta’ osservazzjoni bejn ilbieraħ u illum membri mill-Iskawdra ta’ Kontra id-Droga arrestat għaxar persuni – tliet nisa u seba’ irġiel li l-eta’ tagħhom tvarja bejn it-18 u l-35 sena.

Minn tfitxijiet li saru ġew elevati iktar minn 200 gramma raża tal-kannabis, madwar 100 gramma ħaxixa, madwar 70 pillola allegtament ecstasy, iktar minn 30 gramma kokaina u madwar € 2000 fi flus kontanti kif ukoll affarijiet oħra użati fit-traffikar tal-istess sustanzi illegali bħal imwieżen elettroniċi

Aqra aktar

Send this to a friend