arrestat – One News

Arrestat wara li nqabad jisraq fil-fatt fil-Ħamrun

Libjan ta’ 37 sena li joqgħod Santa Venera ġie arrestat mill-Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit b’rabta ma’ attentat ta’ serqa li kienet qed isir f’appartament fi b’Triq il-Kappillan Mifsud fil-Ħamrun. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ filgħodu.Aqra aktar

Raġel jinżamm arrestat wara li aggredixxa żewġ pulizija

Terence Grixti ta’ erbgħa u tlettin sena inzamm arrestat wara li allegatament aggredixxa żewġ uffiċjali tal-pulizija.

Il-kaz ġara nhar il-Ħadd filgħaxija fi Triq Mikiel Anton Vassalli f’San Ġiljan, meta l-akkuzzat twaqqaf bil-vettura tiegħu Alfa Romeo mill-pulizija għax kien qiegħed issuq mingħajr liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni.

Għal xi raġuni qam argument, bl-akkuzzat aggredixxa u hedded surġent u kuntistabbli tal-pulizija. Huma weġggħu ħafif.

It-tlieta filgħodu tressaq il-qorti akkuzzat li saq mingħajr liċenzja u polza ta’ assigurazzjoni, m’obdiex l-ordnijiet tal-pulizija u li hedded u weġgħa zewġ pulizija ħafif.Aqra aktar

Send this to a friend