arrest – Page 8 – One News

Notifiki

Il-pulizija ġġib lura maħrub f’Dubai… għall-qorti llum

Neville Spiteri, negozjant li ilu maħrub minn Malta mill-2008, se jitressaq il-qorti llum b’akkużi relatati ma’ frodi. Tagħrif li għandu one.com.mt jgħid li Spiteri kien arrestat fl-aħħar jiem u nġib Malta minn Dubai ilbieraħ. Il-każi li se jkun akkużat dwarhom imorru lura għal qabel ħarab minn Malta u fihom huwa allegat li hemm għadd ta’ kredituri migduma.

Aqra aktar

Jinżamm arrestat: kellu aktar minn 2,500 pirmla ecstasy

Wara ħidma minn membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fil-jiem li għaddew, raġel ta’ 44 sena ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ madwar 2,500 pirmla suspettati ecstasy, 250 gramma kokaina, raża u ħaxixa tal-kannabis.

Ir-raġel instab ukoll fil-pussess ta’ arma tan-nar mingħajr liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija.

Aqra aktar

Droga f’ammonti żgħar: 503 arrest fi 13-il xahar

F’tagħrif preżentat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela, jirriżulta li minn April 2015 sal-lum kien hemm 503 arrest ta’ persuni li jgħixu Malta, b’rabta ma’ reati li jaqgħu taħt il-Kapitolu 537.

Dan il-Kapitolu jara li jkun provdut trattament għal persuni fil-pussess ta’ kwantitajiet żgħar ta’ droga projbita għall-użu personali. Jara wkoll li jittieħdu  miżuri ta’ riabilitazzjoni għal persuni dipendenti mid-droga.

Fost dawk kollha arrestati, 399  kienu Maltin u 104 kienu barranin.

Intant fi tweġiba għal domanda separata ħareġ li mis-sena 2008 sas-26 t’April 2016 l-ammont ta’ droga eroina, kokaina u kannabis li nqabdet kienet kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.

Eroina Kokaina Kannabis
2008 8Kgs 427grs 21Kgs 144grs 23Kgs 436.1grs
2009 8Kgs 411.13grs 16Kgs 005.363grs 481Kgs 728.39grs
2010 5Kgs 090.09grs 4Kgs 234.47grs 43Kgs 526.78grs
2011 3Kgs 967.38grs 5Kgs 354.77grs 91Kgs 7.7grs
2012 1Kg 331.25grs 142Kgs 857.5grs 19Kgs 244.9grs
2013 1Kg 301grs 3Kgs 652grs 10Kgs 274.23grs
2014 1Kg 769grs 5Kgs 273grs 111Kgs 275.2grs
2015 3Kgs 878grs 21Kgs 236grs 73Kgs 954.54grs
2016 171.17grs 2Kgs 228.22grs 50Kg s415grs

 

 

 

Send this to a friend