arrest – Page 6 – One News

Notifiki

Żewġ irġiel arrestati wara sejba ta’ droga

 

Ilbieraħ filgħaxija ġie arrestat raġel ta’ 34 sena li nstab fil-pussess tiegħu madwar 16-il gramma sustanza suspettata eroina u madwar nofs gramma sustanza suspettata kokaina. Ir-raġel kien fl-inħawi taċ-ċimiterju tal-Addolorata meta ġiet arrestat mill-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.

Aqra aktar

Se jibqa’ arrestat

Somalu t’34 sena nżamm taħt arrest preventiv wara li ġie akkużat b’serq. Ahmedsharif Issa Haydar li huwa residenti fiċ-ċentru Miftuħ tal-Marsa ġie akkużat li seraq żewġ telefons ċellulari. Wieħed minnhom ġie traċċat u nstab li kien fil-pusses tal-akkużat.

Ir-raġel ġie anki mixli li huwa reċediv hekk kif diġa nstab ħati b’akkużi ta’ serq u akkużat saħansitra fuq stupru. Fil-Qorti s-Somalu kien se jammetti l-akkużi fuq kundizzjoni li ma jingħatax sentenza ta’ ħabs effettiva iżda l-prosekuzzjoni argumentat li dan m’għandux ikun minħabba l-fedina penali tal-akkużat. Kien fid-dawl ta’ dan li r-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Ta’ 19-il sena, jinqabad b’dokumenti foloz malli jirfes hawn Malta

Frank Agyei, li għandu 19-il sena u li ġej mill-Ghana ngħata senteza ta’ tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena, wara li ġie akkużat li kellu dokument tal-ivjaġġar u karta tal-identità foloz.

Il-ġuvni għandu permess tar-residenza Taljana u nqabad b’dawn id-dokumenti mal-wasla tiegħu hawn Malta, meta kien għadu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

 

ATT ATROĊI f’Berlin – sitt immigranti arrestati

Seba’ immigranti żagħżagħ ġew akkużati bl-attentat ta’ qtil ta’ persuna bla dar fil-Ġermanja. Is-sitt suspettati għandhom bejn ħmistax u tmintax-il sena u aktarx ipprovaw jagħtu n-nar lil dan ir-raġel fi stazzjon taħt l-art.

Hemm suspettat ieħor, li għandu 21 sena u li l-Pulizija temmen li huwa l-moħħ ewlieni wara l-attakk. Dan ġie arrestat qrib darbu. Sitta minn dawk miżumuma huma Sirjani u wieħed huwa Libjan. Kollha marru Berlin ifittxu l-ażil fl-2014 u l-2016.

Ir-raġel attakkat għandu 37 sena u kien rieqed fuq bank taħt munzell karti f’Schoenleinstrasse fin-nofsinhar ta’ Berlin, meta ngħata n-nar għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu dakinhar tal-Milied.

Kellu jkun sewwieq tal-ferrovija li uża fire extinguisher biex jitfi n-nirien, filwaqt li persuni li kienu l-istazzjoni provaw ikunu t’għajnuna wkoll.

 

Send this to a friend