arrest – Page 5 – One News

Notifiki

Tkompli t-tfittxija għar-raġel li prova jwettaq abort… il-mara għadha l-isptar

 

Il-Libjan ta’ 33 sena li huwa fiċ-ċentru ta’ investigazzjoni tal-pulizija wara li f’dar fis-Swieqi prova jwettaq abort fuq is-sieħba tiegħu ta’ nazzjonalità Marokkina għadu qed jiġi mfittex.

Sfortunatament, l-att kriminali li prova jwettaq l-allegat aggressur jidher li rnexxa, hekk kif l-omm qed tesperjenza kumplikazzjonijiet diffiċli fit-tqala tagħha.

Aqra aktar

ARRESTATI ŻEWĠ SERBI: wieħed rilaxxat u ieħor jinżamm arrestat

Il-ħidma tal-Pulizija lbieraħ filgħaxija intensifikat b’rabta mal-każ li fih il-Ħadd li għadda Serb allegatament darab barman Malti.

Inċident li wassal biex Ryan Magro ta’ 27 sena qed jissielet għal vista f’għajn minnhom. Il-Pulizija lbieraħ arrestat żewġ Serbi: wieħed għax kien jixbaħ lill-allegat aggressur u ieħor għax allegatament darab lil Magro, iżda dawn ma kienux l-unika arresti b’rabta ma’ dan il-każ.

Aqra aktar

Taljan b’10 kilogrammi droga f’lukanda f’Tas-Sliema – il-Pulizija tosservah u taqbdu

Jiem ta’ osservazzjoni mill-membri tal-iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wasslu biex il-bieraħ filgħaxija jiġi arrestat raġel Taljan ta’ 31 sena u residenti Katanja.

It-Taljan arrestat minn ġo lukanda f’Tas-Sliema, wara li fil-kamra fejn kien qed jirrisjedi nstabu madwar 10 kilogrammi ta’ droga, maħsuba li hija ħaxixa tal-kannabis.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

18,150 sejħa għall-assistenza immedjata u 472 arrest f’sena

Matul l-2016, ir-Rapid Intervention Unit tal-Pulizija rnexxielha tarresta 472 persuna, 20 minnhom identifikati bħala wanted fuq in-National Police System.

247 mill-arresti kienu dwar involviment fejn jidħol ġlied, 101 persuna kienu detenuti b’konnessjoni dwar involviment f’każi dwar droga, u 54 minn dawn l-arresti kienu kklassifikati bħala każi ta’ serq.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ, il-Ministru tkellem ukoll dwar ħidma oħra tal-membri tar-Rapid Intervention Unit, dik li matul l-2016 intervjenew f’madwar 18,150 każ jew sejħa ta’ assistenza.Aqra aktar

Send this to a friend