arrest – Page 4 – One News

Notifiki

“Il-Vojt” jingħata ħelsien mill-arrest

Etienne Bartolo magħruf bħala l-Vojt, li hu mixli bil-qtil ta’ Roderick Grech, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ għaxar t’elef ewro u garanzija personali ta’ tletin elf ewro.
Il-ħelsien mill-arest ta’ Bartolo ngħata fuq għadd ta’ kundizzjonijiet li ma’ jsifirx jew jinħeba, li ma javviċinax jew ma jkellimx ix-xhieda tal-Prosekuzzjoni, ma jikkommettix delitt ieħor ta’ natura volontarja u li jirrapporta fl-Għassa ta’ Birkirkara bejn it-tmienja ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija.

Aqra aktar

Disa’ persuni arrestati f’Tas-Sliema

Il-Pulizija ġew imsejħa sabiex jirrikorru ġewwa garaxx privat fi Triq Santa Liena, Tas-Sliema. Dan seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-erbgħa u kwart ta’ waranofsinhar,

Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit u d-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn sabu numru ta’ persuni fl-istess garaxx.  Fl-istess fond instabu wkoll diversi oġġetti relatati mad-droga u kwantita` ta’ armi tan-nar.

Il-Pulizija qed iżżomm disa’ persuni b’rabta ma’ din is-sejba.  Filwaqt li dwar il-każ, ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr A Demicoli LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Żagħżugħ ta’ 26 sena arrestat b’rabta ma’ droga

 

Iktar ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, kmieni llum waranofsinhar, wasslet għall-arrest ta’ żagħżugħ ta’ 26 sena, residenti l-Imsida, wara li dan kien allegatament qiegħed ibiegħ id-droga fl-akkwati tal-korsa taż-żwiemel, il-Marsa.

B’kollox, il-Pulizija rnexxielha ssib madwar 100 qartas li kien fihom sustanzi x’aktarx kokaina u eroina, moħbija f’pouch li kien qed jintuża mill-istess żagħzugħ.  Jidher li l-istess sustanzi kienu lesti sabiex jiġu traffikati.

Aqra aktar

Filmat miġbud minn Birdlife Malta iwassal għal arrest

Kmieni dalgħodu l-Pulizija arrestat kaċċatur wara li filmat meħud minn Birdlife Malta allegatament wera lill-istess kaċċatur jispara lejn gamiema, filwaqt li jagħmel użu minn għasfur ħaj biex iħajjar lill-gamiema l-oħra tersaq lejh f’Santa Katerina fir-Rabat. Dan skont stqarrija li bagħtet Birdlife Malta.

Il-gamiem huwa għasfur protett f’dan iż-żmien tas-sena, fil-waqt li l-istaġun tal-kaċċa bħalissa jinsab magħluq.

Wara ssejħu uffiċjali mill-Infurzar tal-Liġi Amministrattiva mill-Iskwadra tal-Pulizija,fejn wara li raw il-filmat, huma allegatament arrestaw lill-persuna li kien fuq il-filmat.

17-il persuna arrestati b’rabta ma’ sejba ta’ droga

Ħidma li saret mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, matul il-lejl li għadda, wasslet għall-arrest ta’ 17-il persuna ta’ nazzjonalità Maltija, Rumena, Awstraljana u Estonjana, li l-età tagħhom tvarja bejn it-18 u l-35 sena.

Dawn il-persuni ġew arrestati waqt tfittxijiet li saru f’żona rurali fl-inħawi tal-Imtarfa, wara li fil-pussess tagħhom instabu xi sustanzi illegali, allegatament kokaina, ecstasy, raża u ħaxixa tal-kannabis.  L-ammont ta’ droga misjuba jindika li x’aktarx din kienet għall-użu personali tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend