arrest | One News - Part 2

Notifiki

Mara akkużata b’ħasil ta’ flus għal għaqda majfuża arrestata f’Malta

Il-mara ta’ ħu l-kap tal-għaqda mafjuża Sqallija Capriati ma kkontestatx mandat ta’ arrest Ewropew fil-konfront tagħha, hekk kif tressqet il-Qorti f’Malta aktar kmieni t-Tnejn.

Mariella Franchini ta’ 57 sena minn Bari, u li tgħix l-Imsida, affaċċajt mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mit-Tribunal ta’ Bari, fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus għall-mafja. Huwa maħsub li din ħaslet mas-€650 miljun.

Hija kienet arrestata fuq allert ta’ sistema ta’ informazzjoni miż-żona Schengen. L-awtoritajiet eventwalment sabuha u arrestawha f’Malta. Aqra aktar

Ġuvni li ħebb għal Liam Debono arrestat mill-ġdid fuq pussess ta’ droga

Marlon Baldacchino ta’ 19-il sena li huwa wieħed mill-ħames żgħażagħ akkużati li ħebbew għal Liam Debono inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti fuq pussess ta’ droga.

Jidher li ż-żagħżugħ inqabad ilbieraħ fil-pussess tal-kokaina u l-kannabis, u b’hekk, kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li ngħatatlu b’rabta mal-każ ta’ Liam Debono.

Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest u divjet fuq isem il-ġuvni, iżda l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, ma laqgħetx it-talba.

Se tinżamm arrestata, iżda se żżomm €6,500

Mara li ma rrispettatx ordni tal-Qorti li tiffirma fl-għassa tal-Pulizija se tinżamm arrestata, iżda se kun tista żżomm id-depożitu ta’ €1,500 u l-garanzija personali ta’ €5,000. Dan wara li l-Qorti sabitha ħatja li ma ffirmatx fl-għassa tal-Pulizija minn Jannar sa issa. Aqra aktar

L-irġiel akkużati bil-qtil ta’ Eleonor Mangion Walker jinżammu arrestati fuq każi ta’ serq

Andrew Mangion u Kristijan Zekic, l-akkużati fil-każ tal-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker sentejn ilu, inżammu taħt arrest wara akkużi ta’ serq waqt li kienu fuq bail.
Mangion ta’ 42 sena minn San Ġwann kien akkużat li seraq flus u oġġetti minn appartamenti f’San Ġiljan u Tas-Sliema.
Zekic ta’ 36 sena mill-Qawra kien akkużat ukoll b’żewġ serqiet fit-13 ta’ Settembru u fis-17 ta’ Diċembru tal-2015.
Huwa ġie mixli wkoll li l-Erbgħa waranofsinhar attakka u rreżista uffiċċjali tal-Pulizija fil-Qawra.
Iż-żewġ akkużati wieġbu mhux ħatja u ser jinżammu taħt arrest.

Sindku Taljan taħt arrest f’daru wara li għen l-immigranti

Il-prosekuturi Taljani poġġew lil Domenico Lucano, is-sindku ta’ Riace, taħt arrest f’daru wara li nqabad jgħin l-immigranti sabiex jingħataw permezz jgħixu fl-Italja.
Is-sindku ta’ 60 sena organizza numru ta’ żwiġijiet bejn irġiel Taljani u immigranti nisa sabiex b’hekk setgħu jibqgħu jgħixu l-Italja faċilment. Stqarrija għall-istampa qalet ukoll li s-sieħba tiegħu Tesfahun Lemlem qed taffaċċja l-istess akkużi. Aqra aktar

Send this to a friend