arrest – One News

Notifiki

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3 tinħeles mill-arrest

Il-Kaptan tas-Sea Watch 3, Carola Rackete, inħelset mill-arrest it-Tlieta wara li ma nstabitx ħatja li poġġiet ħajjet bosta persuni fil-periklu fil-ħin li kienu abbord il-bastiment. Il-mara, li għandha 31 sena, qalet li minn dejjem poġġiet is-saħħa u ħajjet l-immigranti l-ewwel, anke qabel kwistjonijiet politiċi.

Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini qal li l-kaptan kisret liġijiet marittimi, tant li ddeskriva għemilha bħala att ta’ gwerra. Dan għaliex Rackete ma tatx kas twissija mill-Gvern Taljan biex l-immigranti ma jiddaħlux f’port sigur fl-Italja.

F’Qorti f’Agrigento, il-mara spjegat li kienet taf bil-konsegwenzi ta’ għemilha, iżda għażlet li tagħmel ta’ rasha wara li rat f’liema stat emozzjonali u fiżiku kienu fih l-immigranti abbord.

Jinżamm arrestat wara li kien involut fi ġlieda mas-sieħba u mal-ġar

Raġel ta’ 28 sena mill-Ħamrun li ismu ma jistax jixxandar biex tkun protetta l-identità tal-allegat vittma, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest fuq akkużi li kkaġuna ġrieħi fuq is-sieħba u l-ġar tiegħu, li kien qed iġorr sikkina, li kkawża danni fuq propjetà kif ukoll li ddisturba l-paċi pubblika. Huwa kiser ukoll ordni tal-Qorti li ma jidħol f’dar li kien projbit milli jidħol fiha.

Ir-raġel qed jiġi akkużat fuq żewġ każijiet li saru nhar il-Ħadd li għadda. L-ewwel każ seħħ fid-dar tal-koppja il-Ħadd filgħodu fejn allegatament ikkawża ġrieħi fuq is-sieħba tiegħu meta huwa kien mitlub li jitlaq mid-dar tiegħu. It-tieni każ sar aktar tard fil-ġurnata meta rritorna fid-dar fejn hemm ikkawża ġrieħi lill-ġar tiegħu.Aqra aktar

Libjan arrestat wara li nqabad b’€127,000 mhux iddikkjarati- it-tieni l-akbar qabda flus kontanti mid-Dwana fl-2019

Libjan li kien se jaqbad titjira għal Istanbul qed jinżamm arrestat wara li Uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport qabduh b’ €127,506 flus kontanti mhux iddikkjarati. Dawn instabu f’kompartament moħbi fil-bagalja tal-passiġġier wara li l-Uffiċjali ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus tad-Dwana wasslilhom suspett dwaru u talbu biex jiġi nvestigat.

€10,000 flus kontanti ġew irrotornati lura lill-passiġġier, hekk kif dan huwa l-ammont stipulat bil-liġi li wieħed jista’ jġorr fuqu mingħajr ma jiddikkjarahom.Aqra aktar

Tnejn arrestati b’rabta ma’ serq minn karozzi f’Delimara u St. Peter’s Pool

Żewġ persuni ġew arrestati b’rabta ma’ serq minn diversi vetturi fl-inħawi ta’ Delimara u Saint Peter’s Pool.

Il-Pulizija tad-Distrett għamlet l-arresti wara diversi jiem ta’ investigazzjoni, u waqt tfittxija f’vettura li kienu qed jużaw, instabu diversi oġġetti misruqa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin, filwaqt li ż-żewġ persuni mistennija jittressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Send this to a friend