Armi – One News

Notifiki

L-użu ta’ armi militari se jsir illegali fi New Zealand

Armi awtomatiċi ta’ kull tip, anke bħall-arma li ntużat fl-attakk terroristiku fi New Zealand jiem ilu, se jsiru illegali f’dan il-pajjiż. Il-Prim Minsitru Jacinda Ardern ħabbret dan inqas minn ġimgħa wara li 50 persuna nqatlu f’żewġ moskej mill-Awstraljan Brenton Tarrant.

Tarrant issa qed jaffaċċja akkużi ta’ qtil volontarju u li jħaddan sentimenti kontra ġens partikolari. Issa mistenni jerġa’ jidher quddiem il-Qorti ta’ New Zealand fil-5 ta’ April li ġej.

AĠĠORNAT: Ir-Russja tirtira wkoll minn trattat ta’ kontroll fuq il-produzzjoni tal-armi wara li rtirat l-Istati Uniti

Ir-Russja wkoll issospendiet l-obbligi tagħha taħt it-trattat ta’ żmien il-gwerra l-bierda li jikkontrolla l-produzzjoni tal-armi bejnha u l-Istati Uniti. Il-President Russu Vladimir Putin qal li Moska se tibda tiżviluppa missili ġodda.

Huwa sostna li peress li l-Istati Uniti rtirat mit-trattat, ma hemm xejn xi jżomm lir-Russja milli tagħmel l-istess, iżda esprima x-xewqa li ż-żewġ naħat jiltaqgħu għal taħdidiet sabiex din il-kwistjoni tissolva.

Iktar qabel, is-Segretarju għall-Istat Amerikan Mike Pompeo kien ħabbar li l-Istati Uniti se tissospendi lilha nnifisha minn dan it-trattat.

Huwa qal li mil-lum l-Istati Uniti mhix se tkun konformi iktar ma’ dan it-trattat iffirmat fl-1987 u li fi żmien sitt xhur il-pajjiż jista jirtira kompletament minnu. Skont Pompeo il-ballun qiegħed f’saqajn ir-Russja sabiex jiġi salvat il-ftehim, fejn saħaq li bħalissa ir-Russja qiegħda tikser it-trattat ta’ kuljum.

Dan l-iżvilupp imħabbar mis-Segretarju Pompeo ġie wara xahrejn ta’ appelli lill-gvern Russu sabiex jieqaf il-ksur tat-trattat.

It-trattat iffirmat mill-President Ronald Reagan u l-aħħar mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev kien naqqas it-tensjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, meta kkontrolla l-produzzjoni tal-armi li kull pajjiż kien jipproduċi.

L-irtirar tal-Istati Uniti u r-Russja minn dan it-trattat qed iwassal għal biża li tibda tellieqa ġdida fis-settur tal-produzzjoni tal-armi.

Membru tal-istaff ta’ skola b’pistola f’idejh malajr itemm attakk – Trump

Il-President Amerikan Donald Trump, jemmen li jekk l-għalliema jkunu permessi jġorru arma tan-nar fuqhom, dan jista’ jnaqqas ħafna mill-attakki li jisru fuq l-iskejjel.

Dan hekk kif ġie rrapurtat li qal li “membru tal-istaff ta’ skola b’pistola f’idejh malajr itemm attakk”.

Trump kien qed jikkummenta fid-dawl tal-attakk li seħħ il-ġimgħa li għaddiet fi skola fi Florida, meta żagħżugħ ta’ dsatax-il sena daħal jispara fuq studenti u għalliem, u qatel sbatax-il persuna.

Minn dakinhar seħħew għadd ta’ protesti sabiex ikun hemm liġijiet aktar stretti fuq iż-żamma tal-armi tan-nar għall-użu personali, waqt li bosta ġenituri talbu bil-ħniena Trum biex jiżgura li xi ħaġa simili ma terġax isseħħ.

Aqra aktar

Jekk il-Koreani jużaw armi nukleari, l-Amerikani se jwieġbu bi kbir

Is-Segretarju Amerikan tad-Difiża James Mattis qal li kwalunkwe użu ta’ armi nukleari mill-Korea ta’ Fuq se tintlaqa minn risposta effettiva u kbira.

Mattis tkellem fil-Korea t’ Isfel, fejn kien affermat mill-ġdid l-appoġġ tal-Istati Uniti, qabel ma siefer lejn Tokjo. Huwa reġa kkonferma wkoll il-pjanijiet biex tkun implimentat sistema Amerikana ta’ difiża kontra l-missili fil-Korea t’ Isfel iktar tard dis-sena. It-testijiet tal-missili u nukleari ripetuti u stqarrijiet aggressivi mill-Korea ta’ Fuq qed ikomplu jallarmaw u jirrabjaw lir-reġjun.

Aqra aktar

Il-kuntrabandu u t-traffikar tal-armi tan-nar sfida ewlenija – Carmelo Abela

L-Istati membri kollha Ewropej se jittrasponu din direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

Fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità mwettqa bl-armi tan-nar, kemm l-Istati membri individwali tal-UE kif ukoll l-UE nnifisha qed jaffrontaw żewġ sfidi ewlenin: il-kuntrabandu u t-traffikar tal-armi tan-nar fl-Ewropa minn organizzazzjonijiet kriminali, kif ukoll il-preżenza fis-suq ta’ armi tan-nar li ma jkunux ġew diżattivati kif suppost.

Aqra aktar

270 arma illegali lejn Malta f’ġimgħatejn

Xejn inqas minn 270 arma ġew misjuba u miżmuma mid-Dwara fl-ewwel ġimgħatejn ta’ Novembru, għax fihom kien hemm armi projbiti. Dawn kienu ppjanati li jmorru għand diversi persuni.

L-armi jinkludu gravity knives, knuckle dusters u slingshots.

Dawn l-oġġetti kienu b’xi mod jew ieħor iddikjarati mill-konsumaturi bħala apparat tal-kċina, pożakarti u ornamenti. F’każ minnhom issejħet l-għajnuna tal-Pulizija minħabba ammont kbir ta’ armi pprojbiti li kienu indirizzati lill-istess persuna.

F’każ separat, waqt tfittxija fuq passiġġieri li jaslu bil-katamaran, inqabdu madwar 50 pakketti tax-xixa li ma kinux iddikjarati, u borża bid-droga khat. Il-Pulizija żammew persuni għal aktar investigazzjonijiet.

Send this to a friend