ariana grande – One News

Notifiki

‘Jista’ jkolli mqar ġurnata waħda tajba?’

Serje ta’ tweets emozzjonanti mill-kantanta Ariana Grande qed iħassbu s-segwaċi tagħha. Hija qalet li kellha xahar diffiċli ferm minħabba l-mewt tal-eks sieħeb tagħha Mac Miller, u talbet biex ikollha ‘imqar ġurnata waħda tajba’.

Il-kantanta kellha tkun preżenti għall-Emmy Awards fis-17 ta’ Settembru li għadda iżda għażlet li ma tattendix minħabba l-mewt ta’ Miller. Aqra aktar

Aktar ċelebritajiet jingħaqdu ma’ Ariana Grande għal kunċert ieħor f’Manchester

Justin Bieber, Coldplay u Katy Perry se jkunu fost iċ-ċelebritajiet fix-xena tal-mużika li se jkunu qed jingħaqdu flimkien mal-kantanta Ariana Grande f’kunċert ieħor f’Manchester, dan wara l-attakk li seħħ ftit tal-jiem ilu.

Il-kunċert se jkun qed isir biex ifakkar it-22 vittma li tilfu ħajjithom waqt l-attakk, fejn il-flus li jinġabru se jkunu qed imorru għall-familji tagħhom.

Aqra aktar

Ariana Grande lura f’Manchester b’kunċert iddedikat għall-vittmi

Ariana Grande se tkun qed tirritorna lura f’Manchester biex ittella’ kunċert li l-qliegħ tiegħu se jkun qed imur kollu għall-vittmi li tilfu ħajjithom fl-attakk li seħħ waqt il-kunċert tagħha t-Tnejn li għadda.

Il-kantanta ta’ fama internazzjonali qalet li “qalbha, it-talb tiegħu u l-kondoljonzi” huma mal-vittmi tal-attakk ta’ Manchester.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: 19-IL PERSUNA MEJTA WAQT KUNĊERT TA’ ARIANA GRANDE F’MANCHESTER

02:17: Il-Pulizija ta’ Manchester ikkonfermaw permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tas-sit soċjali Facebook li s’issa ġew ikkonfermati 19-il persuna mejta u madwar 50 persuna oħra midruba.

Ġie kkonfermat ukoll li dan il-każ qed jitqies bħala attakk terroristiku.

02:02: Għadu mhux magħruf jekk dan kienx attakk terroristiku iżda l-awtoritajiet m’huma qed jeskludu xejn.

S’issa għadu mhux ikkonfermat kemm hemm persuni li tilfu ħajjithom iżda qed jingħad li x’aktarx hemm aktar minn għaxar persuni.

01:53: Filmat meħud minn kamera li kienet f’vettura juri l-mument li seħħet l-isplużjoni fejn għalkemm il-vettura ma kinitx viċin, wieħed xorta waħda jista’ jisma l-ħoss u kif ukoll jidher fuq in-naħa tax-xelug li fl-istess ħin tal-ħoss jidher tip ta’ ‘dawl’,

01:50: Huma diversi persuni li bħalissa qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku fuq Twitter sabiex jgħaddulhom kull informazzjoni li wieħed jista’ jkollu dwar membri tal-familja tagħhom li kienu waqt il-kunċert u ma jafux x’ġara minnhom.

01:41: Fuq post bħalissa waslu l-Bomb Disposal Unit.

01:37: Residenti f’Manchester qed joffru l-għajnuna tagħhom billi qed jiftħu l-bibien tar-residenza tagħhom għal dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għandhom bżonn l-għajnuna wara li seħħet din l-isplużjoni.

Numru ta’ taxis qed joffru servizz b’xejn lil dawk kollha li għal xi raġuni ma jistgħux jaslu d-dar minħabba dak li ġara.

01:34: Il-Pulizija ħarġet appell biex kemm jista’ jkun ħadd ma jersaq lejn iż-żona milquta.

Huma bosta li bħalissa qed jappellaw lill-ġenituri ta’ dawk it-tfal li kienu waqt il-kunċert biex imorru fil-lukanda bl-isem ta’ Holiday Inn hekk kif għadd ta’ tfal ittieħdu hemm.

Aktar Qabel: Splużjoni li seħħet ftit tal-ħin ilu f’Manchester Arena f’Manchester l-Ingilterra, fejn kien qed isir kunċert mill-kantanta rinomata Ariana Grande, ħalliet numru ta’ persuna mejta u diversi oħra midruba.

Il-Pulizija qalu li bħalissa qed jirrispondu għal diversi rapporti li qed isostnu li seħħet splużjoni u li kienn hemm numru ta’ persuni kkonfermati mejta u diversi oħra midruba.

Persuni minn fuq il-post irrakkantaw mal-midja barranija li “kif konna se nitilqu mill-istabbilment smajna splużjoni kbira u kulħadd beda jiġri u jgħajjat.”

Manchester Arena hi meqjusa bħala l-ikbar Arena fl-Ewropa u fetħet il-bibien tagħha lura fl-1995. L-istess arena tilqa’ madwar 21,000 persuna, dan skont is-sit tal-istabbilment.

Aqra aktar

Send this to a friend