argument – One News

Notifiki

Ħatja li darbet lil ġara tagħha

Argument bejn żewġ ġirien wassal lil waħda għal sentenza sospiża ta’ ħabs wara li nstabet ħatja li darbet lill-ġara tagħha  b’sikkina f’idejha. Il-każ seħħ f’Awwissu ta’ 6 snin ilu meta l- Ramona Magri, bdiet tissuspetta li r-raġel t’oħtha kien qed jittradiha mal-ġara tagħha. Aqra aktar

Żewġt irġiel jindarbu waqt ġlieda f’Wied il-Għajn

Żewġ Niġerjani li jgħixu Marsaskala sofrew xi ġrieħi wara li kienu nvoluti f’argument f’appartament.
Għall-ħabta tat-tmienja u nofs tal-Ġimgħa filgħaxija l-Pulizija ssejħet fi Triq id-Dolmen, f’Marsaskala fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 24 sena spiċċa f’argument ma’ Niġerjan ta’ 40 sena. Aqra aktar

L-immigranti jipprotestaw fiċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Far

Għall-ħabta tal-22:30 tal-Ħadd filgħaxija grupp kbir ta’ immigranti qajjmu argument quddiem iċ-Ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Far. Immedjatament fuq il-post marru diversi karozzi tar-Rapid Intervention Unit li mal-wasla tagħhom fuq il-post sabu grupp kbir ta’ immigranti jipprotestaw fuq ġewwa u barra tal-kumpless. Għal xi ħin persuni mhux magħrufa garaw xi ġebel fil-konfront tal-pulizija u l-vetturi tagħhom li b’konsegwenza t’hekk weġġa’ Pulizija b’mod ħafif. Aqra aktar

Send this to a friend