aquarius – One News

Notifiki

Grupp ieħor minn fuq l-Aquarius ħalla Malta lejn Franza

Grupp ieħor ta’ immigranti ħallew Malta lejn Franza hekk kif kien miftiehem.

Dwar il-każ tal-vapur Aqurius kien hemm qbil wara li l-Gvernijiet ta’ Franza u Malta ħadu l-inizjattiva konġunta biex isolvu s-sitwazzjoni li kienet qed tiżviluppa fl-ibħra internazzjonali fuq il-vapur li kien qed iġorr 58 persuna nhar il-25 ta’ Settembru 2018.

Fi stqarrija, il-Gvern Malti kien qal li l-persuni abbord l-MV Aquarius se jiġu żbarkati fuq lanċa tal-Forzi Armati Maltin fl-ibħra internazzjonali. Ingħad li l-persuni abbord se jiddaħħlu f’Malta u kollha kemm huma se jħallu l-pajjiż biex b’mod immedjat jitqassmu f’erba’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

 

Ara wkoll: http://www.one.com.mt/news/2018/09/25/il-kaz-aquarius-hadd-mit-58-immigrant-mhu-se-jibqa-fmalta/

Il-Forzi Armati Maltin isalvaw kelb minn fuq l-Aquarius

Fost dawk salvati fil-Mediterran fl-aħħar ħin hemm kelb li jinsab fi triqtu lejn pajjiżna wara operazzjoni delikata ta’ salvataġġ.

Ikkonferma dan il-Prim Ministru Joseph Muscat fi tweet fejn qal li l-Kelb kien salvat mill-bastiment Aquarius mill-Forzi Armati Maltin.

It-58 immigrant abbord se jaslu Malta fil-ħin li ġej u minnfuih jibda l-proċess biex dawn jitqassmu bejn erba’ pajjiżi. Ħadd minn dawn l-immigranti mhu se jibqa’ pajjiżna.

Il-Kelb ittieħed ukoll fis-sezzjoni tal-kwarantina tal-annimali f’Ħal Luqa biex ikun eżaminat minn vet.

“Malta reġgħet uriet li hija proattiva fis-solidarjetà bla ma tgħabbiet bl-ebda piż”-Il-PM Joseph Muscat  

Fi New York, il-Prim Ministru Joseph Muscat ta l-kummenti tiegħu dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-vapur MV Aquarius li għamel missjoni ta’ salvataġġ fl-ibħra taħt ir-responsabbiltà Libjana u rrifjuta li jagħti l-persuni salvati f’idejn l-awtoritajiet Libjani biex il-vapur spiċċa jiġġerra fil-Mediterran u saħansitra tneħħitlu l-bandiera li kellu.

Muscat qal li s-sitwazzjoni kienet qed teskala bis-serjetà u fuq inizjattiva tal-Gvern Franċiż u l-Gvern Malti ġie deċiż li jittieħdu numru ta’ miżuri.

Aqra aktar

L-ewwel grupp ta’ immigranti tal-MV Aquarius jitlaq lejn Franza

L-ewwel grupp ta’ immigranti li ddaħħlu f’pajjiżna abbord il-bastiment MV Aquarius f’nhar Santa Marija, ħalla Malta lejn Franza.

Fil-ħmistax t’Awwissu, ix-Xatt tal-Isla laqa’ vapur li żbarka mija u wieħed u erbgħin immigrant – sebgħa u disgħin raġel u erbgħa u erbgħin mara fosthom tnejn tqal.

Dawn ġew salvati waqt li l-MV Aquarius kien qed ibaħħar fl-inħawi tal-Libja, it-Tuneżija u Lampedusa.

Minkejja li ma kellu l-ebda obbligu legali, il-Gvern Malti offra li pajjiżna jservi ta’ bażi loġistika għall-iżbark tal-immigranti bi qbil li jitqassmu f’sitt pajjiżi Ewropej li aċċettaw dan l-arranġament volontarju. Il-pajjiżi huma Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, Spanja, il-Portugall u l-Italja.Aqra aktar

Id-Deputat Prim Ministru Taljan jhedded li jaqta’ l-provvista tad-dawl lil Malta

Id-Deputat Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Cinque Stelle Liugi Di Maio, qal li l-Italja tista’ taqta’ l-provvista tad-dawl lil Malta mill-interconnector minħabba l-pożizzjoni li żamm pajjiżna fid-dawl tal-kwistjoni Aquarius.

Di Maio qal dan waqt il-programm Porta a Porta fuq Rai Uno il-bieraħ.

Bl-interconnector,  li jgħaqqad li, jwassal sa’ Ragusa, fi Sqallija, l-awtoritajiet Maltin jixtru l-elettriku minn swieq Ewropej bi prezzijiet tas-suq.

Di Maio baqa’ jinsisti li l-bastiment kien fit-territorju Malti, u għalhekk, kellu jinġieb f’port Malti.

Madanakollu l-Gvern Malti żamm sod u qal li Malta diġa’ hija konformi mar-regoli nternazzjonali dwar l-immigrazzjoni. Eventwalment il-bastiment Aquarius ittieħed Spanja.

Il-Gvern iwieġeb għad-dikjarazzjonijiet tal-Viċi Prim Ministru Taljan

Send this to a friend