app – One News

Notifiki

App ġdida li toffri soluzzjoni għat-traffiku

Cool applikazzjoni ġdida li biha wieħed jista’ jibbukja l-vjaġġ tiegħu. Dan hu l-ewwel servizz f’pajjiżna li qiegħed itella’ passiġiera li sejrin fl-istess direzzjoni flimkien. L-għan huwa li filwaqt li jitnaqqsu l-ammont ta’ vetturi fit-toroq u fl-istess ħin tkun aktar effiċjenti. Aqra aktar

LOC8: l-app li se sservi ta’ pont bejn il-konsumatur u n-negozjant

Hekk kif resqin lejn il-festi tal-Milied, żmien festiv, li matulu jiżdied mhux ftit ix-xiri tar-rigal lill-għeżież tiegħu, tnidiet app li se tkun qed tagħmel il-ħajja tax-xerrejj ferm aktar faċli.

L-app, bl-isem ta’ LOC8, se sservi ta’ pont bejn il-konsumatur u n-negozjant hekk kif se tgħarraf lix-xerrej x’negozji għandu madwaru, jekk humiex miftuħin, u x’tip ta’ oġġetti jbigħu.

Rodney Testa, wieħed mill-fundaturi, assigura li l-konsumatur se jibbenefika minn dettalji korretti u attwali.

Aqra aktar

Servizzi Governattivi issa kollha fuq app waħda

Is-servizzi kollha tal-Gvern issa se jkunu f’app waħda bl-isem ta’ Maltapps, dan biex b’hekk issa tkun tista’ taċċessa madwar 20 app tal-Gvern f’post wieħed.

Dan tħabbar waqt tnedija, fejn fl-istess waqt tnieda wkoll is-sit servizz gov.com.mt. Sit li fih wieħed jista’ jaċċessa aktar minn 800 servizz minn sit wieħed.

Dawn id dettalji inghataw mill-Kap tas-Servizz Ċivili, Mario Cutajar, fejn ta rendikont tan-numru t’avvanzi li saru fis-servizz taċ-ċivil.

Aqra aktar

Daqt tkun tista’ tieħu stessu ma’ persuni li mietu

 

App li se tkun qed tipprovdi l-possibiltà li tieħu stessu ma’ persuni li kienu għal qalbek u mietu qed tinħoloq fil-Korea t’Isfel.

Meta l-kumpanija Elrois, il-moħħ wara din l-app, ġiet mistoqsija jekk din l-idea hix waħda stramba, rappreżentanta għall-kumpanija, Eun Jin Lim, qalet li “filwaqt li jaf ikun hemm min isibha stramba din l-idea, bosta jieħdu gost li se jkunu qed jingħataw ċans biex joħolqu memorji ġodda ma’ persuni li m’għadhomx f’din id-dinja.”

Aqra aktar

Issa b’app li tgħinek timmaniġġja l-iskart

‘Don’t Waste Waste’. Mobile app li ġiet imnedija bħala parti mill-kampanja tal-immaniġġjar tal-iskart.

Il-kampanja edukattiva u din il-mobile app se jkunu qed ikomplu jgħinu biex jitwassal il-messaġġ dwar l-immaniġġjar tal-iskart u titqajjem kuxjenza biex innaqsu l-iskart u biex dan jiġi rriċiklat.

Aqra aktar

Tallinja app taħdem? Provajniha mill-Marsa sal-Belt

Il-klijenti ta’ tallinja issa jistgħu jaċċessaw informazzjoni fil-ħin attwali rigward is-servizz tat-trasport pubbliku billi jniżżlu l-app tallinja fuq mowbajls iPhone jew Android. L-app innovattiva hija b’xejn u hija pass importanti biex ikompli titjieb l-esperjenza ġenerali tal-klienti. Tista tuża l-app biex issib l-iżjed waqfa viċin tiegħek jew ssir taf x’ħin se tasal il-karozza tal-linja matul servizz ta’ 30 minuta.

It-tallinja app tagħmel użu minn GPS, fejn kull karozza tal-linja tibgħat id-direzzjoni attwali lil sistema. Is-sistema tikkumpara d-direzzjoni ta’ fejn il-karozza tal-linja ppjanata li tasal ul-ħin biex li tieħu biex tagħmel dan, fuq 2,000 waqfa differenti madwar Malta u Għawdex.

L-app tagħti benefiċju lill-persuni li jagħmlu użu mit-tallinja card. Permezz ta’ registrazzjoni onlajn, huma jistgħu jiċċekjaw il-bilanċ tal-card, jittopjaw il-card u jaraw ukoll il-vjaġġi tal-linja li jkunu għamlu u t-tranzazzjonijiet.

Biex nipprovaw dan kollu, morna mill-Marsa sal-Belt Valletta.

Aqra aktar

Kurjuż dwar il-Presidenza? Fittex il-mobile!

 

 

Kemm minnkom tkunu aġġornati dwar dak li qed jiġri mill-mobile?

Fid-dawl ħafna jwieġbu li dan huwa minnu, il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea nediet f’mod uffiċjali application li tista’ tintuża minn fuq il-mobile. Se tkun tista’ tara kull aġġornament dwar laqgħat u avvenimenti li se jkunu qed iseħħu tul is-sitt xhur tal-Presidenza Maltija.

Aqra aktar

App ġdida: ara ġmiel Ħad-Dingli

Ġiet varata għall-ewwel darba Mobile App sabiex iddur il-Heritage Trail ta’ Ħad-Dingli bl-isem Visit Dingli.

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli ibbenifika minn Fondi Ewropej u ħoloq mobile app, u b’hekk ikkombina l-użu tat-teknoloġija sabiex min iżur Ħad-Dingli jkun jista’ jdur il-Heritage Trail u fl-istess ħin jingħata informazzjoni utli u interessanti dwar dak li jkun qed jara.  

Is-Sindku Sandro Azzopardi qal li “Il-progett tal-Mobile App taħt il-Miżura 313 jikkomplimenta dak li l-Kunsill kien beda fil-proġett tal-Heritage Trail. Kull min jiġi jżur Ħad-Dingli jkun jista’ jdur iċ-ċentru tar-raħal u l-Heritage Trail b’esperjenza unika ta’ gwida virtwali. Il-Kunsill ħa ħsieb l-ikkompilar t’informazzjoni u ritratti kif ukoll ttestjar tal-App  sabiex dawk kollha li jużawha ikollhom l-aħjar servizz possibbli.”

Dawn huma tliet filmati li huma inkorportati fl-app, li juru ġmiel ir-raħal. 

Aqra aktar

Send this to a friend