anzjanita attiva | One News

Notifiki

L-azzjonijiet li qed tagħmel il-UĦM huma sproporzjonati – Segretarjat għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva

B’referenza għall-istqarrija tal-UĦM dwar l-azzjonijiet industrijali ordnati f’Aġenzija Sapport, is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva jtenni li mhu minnu xejn dak li qed tgħid il-UĦM li għad baqa’ diversi pendenzi dwar il-ftehim kollettiv.

Aqra aktar

ARA: Kif iżommuhom attivi fid-dar tal-anzjani fil-Floriana

Din hija dar tal-anzjani fil-Floriana. Mumenti ħelwin li jfakkru li l-ħajja hija kif tagħmilha u taħres lejha.

Filmat li ttella’ fil-paġna tad-dar tal-anzjani tal-Floriana juri l-istaff  jintegra b’mod pożittiv mal-anzjani u jinkoraġixxi l-anzjanità attiva b’mod li huma jidhru jieħdu gost b’dan.

Dan juri wkoll l-impenn li l-ħaddiema jieħdu biex jagħtu opportunità lir-residenti jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.

Servizz ta’ tagħlim għall-anzjani fi djarhom

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, indirizza l-ftuħ tal-Università tat-Tielet Età għal din is-sena akkademika. 

Huwa sostna li waħda mill-aktar strateġiji ta’ suċċess fl-anzjanità attiva huwa t-tagħlim għall-adulti anzjani, u l-Università tat-Tielet Etàhija eżempju ħaj ta’ dan. L-Università tat-Tielet Età hija pedina ewlenija tal-Istrateġija Nazzjonali għal Anzjanità Attiva.Aqra aktar

L-anzjani attivi maż-żgħażagħ

Mal-100 anzjan u anzjana li jgħixu fir-Residenza San Vinċenz de Paule, ġrew ġirja ta’ kilometru mad-dawra tal-istess residenza.

Dan bl-għajnuna tal-familjari tagħhom u carers, li lkoll ħadu sehem f’attività organizzata fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall-Anzjani; fl-istess waqt li ġie mfakkar il-125 anniversarju mill-ftuħ tal-Faċilità għal Kura fit-Tul f’San Vinċenz.

Magħhom ħadu sehem numru t’atleti żgħażagħ u adulti, li ġrew ġirja ta’ ħames kilometri mat-toroq tal-madwar; fosthom Ħal Luqa, il-Marsa u Ħal Qormi.

Iċ-ċkejknin kienu dawk li taw bidu għall-ġirja, bl-anzjani jsegwu, u wara ftit minuti waslet lura l-ewwel koppja : l-anzjana Doris, u l-carer Oliver.

Hekk kif l-anzjani kollha waslu lura, ingħataw medalja ta’ parteċipazzjoni bħala tifkira ta’ ġurnata li f’temp mill-isbaħ u f’arja friska, xprunat l-anzjanità attiva.

Send this to a friend