anzjani – One News

Notifiki

ARA: Il-kummenti dwar il-budget 2020

It-Tlieta filgħodu bosta nies qamu kuntenti wara li rrikonoxxew li l-budget laqathom tajjeb.

Sentiment espress minn bosta li meta mistoqsija dwar il-budget għas-sena d-dieħla, ikkummentaw b’mod pożittiv.

Kien hemm bosta miżuri li n-nies semmewlna, bil-pensjonanti bid-daħka fuq fommhom wara li se jieħdu żieda għall-ħames darba konsekuttiva.

Bosta pensjonanti qalu ma’ ONE News:

“Naf li żdiedet il-pensjoni wkoll għax ir-raġel bil-pensjoni jiġifieri s’issa dawk żgur s’issa laqtuni tajjeb.”

“Dik li żied il-pensjonanti u l-affarijiet tajbin kompla jtejjibhom.”

“Għall-anzjani naf li smajt għax smajt lil ommi, marru tajjeb.”

“Żidilna l-pensjoni. Għalina l-bambin bagħtu mis-sema.”

L-anzjani laqgħu wkoll il-miżura li se tara anzjani ‘l fuq minn 75 sena jużaw tal-linja b’xejn.

Żewġ anzjani li tkellimna magħhom qalulna:

“Din li se jagħmel tal-anzjani li se jagħmilha b’xejn għax jien u r-raġel nużawha ta’ spiss tal-linja.”

“€2 fil-ġimgħa ma kienu xejn lanqas imma issa aħjar għax b’xejn.”

Issemmew ukoll diversi miżuri oħra li se jolqtu ż-żgħażagħ u l-familji. Ma’ ONE News dawn il-persuni qalu:

Tax-xatt ħa niżdiedu. Ir-raġel tal-korp ħa jieħu ż-żieda wkoll.”

“Li żgur hemm tajjeb li tgħin liż-żgħażagħ tal-first time buyers għax jiena għandi t-tifla u ħa tolqotha tajjeb.”

“Tal-għoli tal-ħajja mhux tajjeb ukoll 3.49 fil-ġimgħa.”

“Tani ġurnata oħra – dik l-iktar ta biex ingawdu naqra iktar lill-familja. Min jgħid li mhux tajjeb vera li mhux qed jgħix f’did-dinja.”

Studenti fl-MCAST b’opportunità li jaħdmu dirett mal-anzjani

B’daqqa ta’ pinna bejn id-Direttur tal-MCAST, u l-Kap tad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva, ġie ffirmat Memorandum of Understanding għat-tliet snin li ġejjin, biex dawk li jimirħu għal karriera fis-settur tal-kura fil-komunità, jingħataw opportunità li jmiddu jdejhom direttament fis-settur fl-istess waqt li qed jistudjaw. Aqra aktar

Malta l-ewwel pajjiż fid-dinja b’Università tar-raba età

Malta se tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li se jkollha l-Universita tar-Raba età. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjani Anthony Agius Decelis f’konferenza tal-aħbarijiet mill-bini tal-Universita. Agius Decelis spjega li grazzi għal ftehim li sar mal-Universita ta’ Malta se jibdew jittellgħu sessjonijiet tal-Università ġdida tar-Raba età għall-anzjani f’San Vinċenz de Paul u f’dar San Ġużepp fil-Fgura. Sostna li din hija prova oħra ta’ kemm il-Gvern għandu għal qalbu l-ġustizzja soċjali u sar pass ieħor kbir biex ħadd ma jibqa socjalment eskluż.

Il-Pro Rettur tal-Università Carmen Sammut spjegat li l-ħsieb tal-Universita huwa li toħroġ dejjem aktar mill-kampus sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu aktar nies. Spjegat li l-Universita tat-tielet età bdiet 25 sena ilu u l-għan prinċipali tagħha huwa sabiex iżomm in-nies attivi fil-komunità.Aqra aktar

Maħżen ġdid għall-apparat kliniku fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa

Wara xhur ta’ ħidma, ġie inawgurat il-maħżen ġdid għall-apparat kliniku fl-Imtarfa se jkun qed jipprovdi l-apparat li għandhom bżonn 23 dar tal-anzjani madwar Malta u Għawdex. Dan ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis it-Tnejn filgħaxija wara li kien imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista fl-2017.Aqra aktar

260 każ ta’ vjolenza domestika fuq l-anzjani rrappurtati f’sentejn

F’temp ta’ sentejn ġew irrappurtati ftit aktar minn 260 każ ta’ vjolenza domestika fuq l-anzjani. Dan ġie żvelat mill-Ministru  Michael Farrugia fil-Parlament. Il-Ministru semma kif bejn l-2017 u l-2018 ġew irrapurtati total ta’ 570  każ b’rabta ma’ reati li għandhom x’jaqsmu ma anżjani li għanhom aktar minn 60 sena.

Fost ir-rapporti, kien hemm ftit aktar minn 180 każ irrappurtat b’rabta ma’ offii fuq il-persuna jiġifieri reati li setgħu waslu biex dawn l-anzjani sofrew minn xi ġrieħi.

Matul dawn is-sentejn, il-pulizija rċeviet 95rapport b’rabta ma’ reati fejn l-anzjani sfaw misruqa minn ħallelin li serqulhom il-basket u għosfru b’ħeffa lhiema bħala. Fuq l-istess nota, f’dawn is-sentejn kien hemm disa’ rapporti b’rabta ma’ każijiet ta’ ta’ serq li fihom intużat xi tip ta’ arma.

Min-naħa l-oħra, in-numru ta’ rapporti marbuta ma’ vjolenza fuq l-anzjani naqas, hekk kif tul dawn is-sentejn kien hemm b’kollox 15-il rapport.

Appell lill-anzjani fit-temp kiesaħ tax-xitwa

Is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva qed jappella biex fil-jiem li ġejjin, l-anzjani jżommu ruħhom attivi, iżommu d-djar tagħhom sħan u jilbsu sew. Dan minħabba li fil-jiem li ġejjin it-temperatura se tkompli tinżel.Aqra aktar

Send this to a friend