anzjana – One News

Żagħżugħ jinżamm arrestat wara li seraq mid-dar ta’ koppja anzjana

Żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Ħamrun inżamm arrestat wara li ġie akkuzat fost oħrajn b’serq minn residenza ta’ koppja anzjana. Deelian Mifsud li jaħdem fil-kostruzzjoni, tressaq il-Qorti akkuzat li f’Awissu li għaddha seraq ġojjelli u oġġetti oħra minn dar ta’ anzjana ta’ 78 sena, f’Ħ’Attard. Dan bil-konsegwenza li poġġa l-ħajja tal-anzjana fil-periklu, minħabba li hija vulnerabli.

Huwa ġie akkuzat ukoll li fi Frar seraq mobile mingħand raġel fix-xelter soċjali ta’ Birkirkara u li kiser ordni ta’ probation li ingħatat lilu fl-elfejn u sbatax. Mal-pulizija, iż-żagħżugħ qal li hu m’għandux saqaf fuq rasu. Iżda fil-Qorti qal li huwa jgħix m’ommu, u ma spjegax għalxiex qatt ma kien id-dar meta l-pulizija marret biex tkellmu.Aqra aktar

ARA: Għalqet 100 sena, u għadha taqra l-gazzetti!

Hekk kif ħarġet minn kamritha fid-dar tal-anzjani tal-Imtarfa imdawra bil-familja, laqgħatna bi tbissima malli rat lil kulħadd imdawwar magħha biex jiċċelebraw l-għeluq il-100 sena.

Martha Agius, imwielda x-Xewkija Għawdex qaltilna li rħitilha lejn ir-raħal ta’ Birkirkira mal-familja tagħha ta’ għaxar snin minħabba n-nuqqas ta’ xogħol f’Għawdex. Spjegat li missierha kien jaħdem il-barrieri, u meta ġie biex jaħdem Malta, ġab lill-familja kollha miegħu.Aqra aktar

“Kemm bkejt…” anzjana mweġġa’ wara li nsterqulha €30,000 f’ġojjelli minn darha

Il-Pulizija qed tinvestiga allegata serqa ta’ ġojjelli minn dar t’anzjana minn san Pawl il-Baħar. One News tkellem mal-anzjana li tgħix f’darha waħidha u hija mdaħhla sew fl-età.

Bil kundizzjoni tal anonimità u li ma nġibulhiex wiċċha, l-anzjana spjegat kif hi għandha suspett f’min seta’ ħadilha l-ġojjelli tagħha.  Qalet li għaliha kienet esperjenza trawmatika meta marret biex tiftah il kaxxa bil-ġojjelli u d-dehbijiet u ma sabithomx.  Saħqet li b’kollox min seraqha ħadilha b’madwar €30,000 f’ġojjelerija.

“ Xi €30,000 jiswew  li serqitli, għax id-deheb li kelli ta’ żmien in-nanniet.”

L-anzjana viżilbilment emozzjonata saħqetli filwaqt li l-oġġetti misruqa jiswew ħafna flus, l-iktar li weġġagħha kien il-fatt li għaliha għandhom valur sentimentali kbir għax kienu rigal mingħand żewġha qabel miet.

“Kemm bkejt, lanqas niekol m’jien qiegħda daqs kemm iddispjaċini.  Iddispjaċini l-iktar għax affarijiet li tani hu qabel miet u qabel miet, qabel ġejna mill-Ingilterra, qabel ma tlaqna mill-Ingilterra, mill-ajruport xtrali sett ukoll.  Kien €500, ġawhar imma dawk ċelesti.  Kollox ħaditli. Hemm, imsielet biss bqajt u dawn għax nilbishom ta’ kuljum.”

Dwar dawn l-allegazzjoniet ONE News bagħat sensiela ta’ mistoqsijiet  lill-pulizija li min-naħa tagħha kkonfermat li għaddejja bl-investigazzjonijiet u qalet li f’dan l-istadju ma jkunx prudenti li jikkummentaw iżjed dwar dan il-każ.

Żewġ żgħażagħ ikkundannati l-ħabs wara li serqu ġiżirana minn għonq anzjana

Żewġt irġiel ta’ 34 sena u 28 sena rispettivament instabu ħatja li serqu ġiżirana minn għonq anzjana, li għandha 64 sena.

Il-każ jeħodna lura għall-2012 meta ż-żewġ ġuvintur serqu giżirana minn għonq anzjana li kienet tiswa aktar minn €2,300. Jidher li s-serqa saret bi vjolenza, tant, li l-anzjana sofriet ġrieħi ħfief. L-akkużati nstabu ħatja wkoll li kienu qed iġorru arma magħhom mingħajr il-liċenzja meħtieġa, u li kellhom fil-pussess tagħhom oġġetti misruqa oħra.

Kurt Grima, il-ġuvni ta’ 34 sena, intbagħat sitt snin u nofs ħabs, filwaqt li Oglive Grima kien ikkundannat ħames snin ħabs.

Anzjana li tilfet lil kulħadd adottata minn ‘anġlu’

“M’għandi lil ħadd jien, kollha mietu, iż-żewġ familji, waħdi”.

Din hija Josephine Falzon, anzjana dħulija u b’enerġija żagħżugħa ta’ 84 sena mill-Imsida, li ilha għal dawn l-aħħar 40 sena tgħix waħedha.

Emozjonata, Josephine qaltilna li l-festi ta’ matul is-sena fosthom il-Milied, li suppost iġib ferħ lil ħafna, dejjem iċċelebratu waħidiha qalb l-erba’ ħitan tad-dar li kienet tgħix fiha qabel ma’ daħlet tgħix f’dar tal-anzjani.

Iżda ftit tax-xhur ilu Josephine li kienet tħossha maqtugħa mis-soċjetà, ħadet il-ħajja permezz tal-inizjattiva Adopt a Granny. Fil-fatt, Josephine sabet il-wens f’Angele Pace, l-anġlu, hekk kif iddeskrivitha l-anzjana, li fil-ħin liberu tagħha tqatta’ il-ħin iżżommilha kumpanija.Aqra aktar

Send this to a friend