anthony agius decelis – One News

Varat il-Premju Ħaddiem tas-Sena San Vinċenz de Paule 2019


Sew jekk hux ħaddiema li jieħdu ħsieb l-iġene jew l-anzjani jew inkella jekk humiex infermiera jew tobba, dawn kollha huma importanti biex joffru kura u kwalità ta’ ħajja u għaldaqstant ser jingħataw ċ-ċans li jiġu rikonoxxuti għax-xogħol u d-dedikazzjoni bla qies li jwettqu mar-residenti ta’ San Vinċenz De Paule. Aqra aktar

Imniedi Premju Soċjetà Ġusta 2019

Għas-6 darba konsekuttiva, ġie mniedi l-Premju Soċjetà Ġusta. F’dan l-avveniment prestiġġjuż, jiġi ċċelebrat l-ammont kbir ta’ xogħol, impenn u dedikazzjoni tan-nies li jaħdmu fis-settur tad-diżabilità.

Settur li jirrikjedi d-determinazzjoni u l-perseveranza tal-persuni li minkejja l-ostakli li toħloq is-soċjeta’ jiffjorixxu u magħhom hemm l-impenn u l-għaqda sabiex jintlaħaq għan wieħed, soċjetà ġusta.

Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’diżabilità, Oliver Scicluna spjega kif jħares ‘il quddiem biex kulħadd igawdi għajxien indipendenti, saħħa, edukazzjoni u impjieg u biex kull persuna, irrispettivament minn xi diżabilità li għandha, jkollha dritt li tipparteċipa fil-ħajja soċjali u anke politika.

Ma’ ONE News huwa elenka l-premji differenti offruti.

Scicluna stqarr: “Għandek il-premju għall-kisba tul il-ħajja fis-settur tad-diżabilità, għandek il-premju għall-hidma fit-tisħiħ tad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità, għandek premju soċjetà ġusta li huwa wieħed mill-aktar premji li jkollna applikazzjonijiet għalih fil-fatt, premju parteċipazzjoni attiva fl-isport, fl-arti u fil-kultura u għandek il-premju għall-aktar kumpanija jew organizzazzjoni li topera b’mod inklussiv.”

Intant, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Drittijiet tal- Persuni b’Diżabilità saħaq li premju bħal dan jirrikonoxxi s-sagrifiċċju li jagħmlu dawn l-individwi, l-għajnuna li jagħtu, il-volontarjat u mħabba bla ebda kundizzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis stqarr: “Aħna rridu li kull individwu jgħix il-ħolma ta’ ħajtu u allura ma rridu li jkun hemm l-ebda barrikata li xxekkel lil xi ħadd minnha milli jagħmel dan.”

Il-pubbliku jista’ jissottometti nomini għal ħames premjijiet.

L-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru mill-Uffiċċini tas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva, mill-Kunsilli Lokali jew minn fuq is-sit www.activeageing.gov.mt u jintbagħtu b’mod elettroniku fuq [email protected] jew bil-posta fuq l-indirizz tas-Segretarjat Parlamentari.

Jinħatar bord ġdid li ser imexxi l-istrateġija nazzjonali kontra s-solitudni qalb l-anzjani f’pajjiżna

“Meta aħna nitħaddtu mis-sehem tal-istakeholders soċjali qiegħdin nifhmu mhux biss is-sehem tiegħi jew is-sehem tal-grupp li għalih qed nappartjeni imma l-gruppi kollha flimkien. Aġenziji tal-Gvern u anke NGO’s. Jaħdmu kollha flimkien fi sforz wieħed propju għax huma konxji ta’ din ir-responsabbiltá kollettiva”, dan huwa kliem Mons. Joseph Vella Gauci, Chairman tal-kumitat il-ġdid. Aqra aktar

Il-ftuħ tas-sena akkademika tal-Università tat-Tielet Età

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis indirizza l-ftuħ tas-sena akkademika tal-Università tat-Tielet Età. Hu tkellem fuq l-importanza tal-apprezzament tat-tgħallim tul il-ħajja. Is-Segretarju Parlamentari stqarr li dan l-apprezzament qiegħed jikber fil-preżent, u fil-futur huwa persważ li l-irwol tal-Università tat-Tielet Età ser ikompli jikber. Huwa qal dan meta kien qed jindirizza l-anzjani fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana. Aqra aktar

Send this to a friend