annabelle stivala – One News

Notifiki

Jitħabbru erba’ festivals għas-sajf 2018

Festivals Malta nediet l-erba’ festivals tas-sajf li ġej: il-Malta World Music Festival, Għanafest, il-Malta International Arts Festival u l-Malta Jazz Festival.

 Id-Direttur tal-Festivals Annabelle Stivala qalet li: “Il-viżjoni ta’ Festivals Malta hi li trawwem il-kreattività, il-professjonaliżmu, il-parteċipazzjoni u l-edukazzjoni kulturali fil-festivals tal-arti performattiva. Aħna ħerqana li qed iniedu dawn l-erba’ festivals li se jibdew il-proċess biex jintlaħqu dawn l-għanijiet importanti.”  

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici faħħar l-impatt pożittiv li dawn il-festivals qed iħallu fuq il-kalendarju kulturali Malti filwaqt li c-chairman eżekuttiv Albert Marshall saħaq kif il-festivals iservu bħala pjattaforma għall-artisti.
Aqra aktar

Send this to a friend