ann fenech – One News

Notifiki

Ann Fenech tibda taħseb biex iżżarma

  • Marbuta biss ma’ Simon Busuttil

Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech, għandha l-ħsieb li la jinħatar kap ġdid tnaqqas, jekk mhux ittemm għalkollox, il-kontribut tagħha fil-Partit Nazzjonalista. Imkejjen fid-Dar Ċentrali spjegaw kif minn wara t-telfa fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet, Ann Fenech diġà bdiet tnaqqas il-ħidma tagħha u nnotaw kif anke l-kummenti pubbliċi tagħha naqsu.

Aqra aktar

Ann Fenech tirreaġixxi bl-aħrax favur Busuttil

Il-President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista, Ann Fenech, irreaġixxiet bl-aħrax għal artiklu tal-kelliem tal-gvern li kkritika l-operat ta’ Simon Busuttil kemm ilu Kap tal-Oppożizzjoni.

F’Talking Point fit-Times of Malta, l-għada li Kurt Farrugia kiteb kif ħadd m’hu se jibki t-telfa ta’ Simon Busuttil, Ann Fenech kitbet li l-korruzzjoni għandha kelliem u bdiet il-litanija li l-Partit Nazzjonalista kellu qabel l-elezzjoni ġenerali.

Aqra aktar

Il-PN b’ebda pjan ta’ kif se jħallas lura d-dejn – iċ-ċedoli f’riskju

• MAĊ-ĊEDOLI, MILJUNI XI JĦALLAS FI DJUN MAL-BANEK

• ANALISTI FINANZJARJI JISPJEGAW LI DAN IPPOĠĠI F’RISKJU S-SUPPOST SELF LI ĦA L-PN

• SE JIĠRI LI ĦASBU ĦAFNA U S-SELF JINBIDEL F’GĦOTJIET?

L-analiżi tal-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista turi wkoll li jeżistu riskji serji għas-self biċ-ċedoli jekk il-Partit Nazzjonalista ma jibdilx ir-rotta li qabad fl-aħħar ftit snin.

Mill-kontijiet ippreżentanti quddiem il-Kummissjoni Elettorali jirriżulta li sa issa l-Partit Nazzjonalista ma beda jħaddem ebda pjan biex f ’inqas minn 10 snin ikun jista’ jħallas lura ċ-ċedoli kif imwiegħed fil-kuntratti ma’ min sellef il-flus b’mod anonimu lill-partit.

Fil-fatt, filwaqt li l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ppruvat tindika li sar xi titjib fil-qagħda finanzjarja f ’dawn l-aħħar snin il-kontijiet li l-Partit Nazzjonalista ppreżenta lill-Kummisjoni Elettorali (tard, wara l-elezzjoni ġenerali) juru eżatt bil-maqlub. Se tmiem is-sena li għaddiet il-Partit Nazzjonalista akkumula telf finanzjarju ta’ €6.6 miljuni. Dan l-aktar minħabba telf qawwi li qed isir fis-sussidjarji tal-Partit Nazzjonalista, speċjalment il-kumpanija Medialink.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: ANN FENECH TIKKONFERMA LI L-EMAIL AWTENTIKA

Email żvelata fuq il-midja soċjali, li mkejjen fil-Partit Nazzjonalista kkonfermaw li hija awtentika, turi kif meta Simon Busuttil mar bil-box files il-Qorti f’waħda mill-ġranet fejn għamel allegazzjonijiet qabel mar għand l-Imħallef biex jixhed kien qed jgħamel biss “stunt.”

Dan tikkonfermah Ann Fenech, il-President tal-Eżekuttiv, fl-imejl li bagħtet u li fiha kienet qed tistaqsi x’kien se jiġri l-għada, il-jum li fih Busuttil kien sejjer il-Qorti.

Aqra aktar

Aktar forzi favur li Simon jibqa’ Kap

Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech qalet f’intervista fuq The Times of Malta li huwa diffiċli għaliha li titkellem dwar il-kwalitajiet li għandu jkollu l-Mexxej ġdid tal-PN għaliex “Dr Busuttil għandu l-kwalitajiet kollha li nixtieq nara fil-Kap tal-PN.”

Aqra aktar

Addio Forza Nazzjonali! Tidwi l-għajta “nazzjonalisti nazzjonalisti” u “Tas-Sliema fortizza tagħna”

Jgħidu li huma Forza Nazzjonali, iżda fil-mass meeting ta’ Tas-Sliema tkellmu ta’ Nazzjonalisti minn dawk tal-maduma. Fil-fatt kienet din l-emblema ddominat Dingli Street u mhux il-bandiera Maltija.

L-appelli kienu għall-partitarji akkaniti u l-għajta ma kinetx dik favur Malta iżda dik favur il-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Ann Fenech flaġellat isem Malta bil-barka ta’ Simon Busuttil

“It-tir tagħna hu li nneħħu t-tanker” – hekk wieġeb Simon Busuttil meta preżentat bl-opportunità jispjega l-intervista bla preċedent li għamlet Ann Fenech ma’ aġenzija tal-aħbarijiet Ġermaniża. Fenech qalet li f’Marsaxlokk hemm traġedja li tista’ sseħħ minn ħin għal ħin, kważi b’ċertezza qalet li se jmutu n-nies. Qalet ukoll li se jseħħ xi attakk terroristiku, fost ħafna xorti ieħor li mhu veru xejn, kif anke kien ikkonfermat mill-Kummissjoni Ewropea.

It-tweġiba ta’ Simon dalgħodu hija ħażina fuq diversi livelli.

It-tanker tal-LNG ma jinsabx hemm b’mod permanenti, allura dan se jitneħħa, jekk ikunx hu fil-Gvern jew le.

Ma wieġeb xejn dwar Ann Fenech – jiġifieri japprova l-mod li bih penġiet lil pajjiżna qisu qed jistenna traġedja ta’ kalamità kbira sseħħ.

Busuttil, li qed jibbaża l-kampanja tiegħu fuq prinċipji, ma spjegax kif Fenech użat ċetu attitudni mal-mezzi tax-xandir lokali, fejn qalet li t-tankers tal-LNG m’għandhom xejn ħażin, imma barra minn xtutna ħarġet tattakka bis-saħħa. 

ANN FENECH F’INTERVISTA INKREDIBBLI DWAR MALTA

Ir-rieda li ssir ħsara lill-pajjiż laħqet livelli bla preċedent. Ann Fenech, il-President tal-Eżekuttiv tal-PN marret fuq Europa Magazine u tathom servizz estensiv fejn qalet li f’Marsaxlokk hemm bomba lesta biex tisplodi.

Ippreżentat ruħha bħala avukat marittimu ta’ esperjenza, u mal-Ewropa kollha qalet li min ħin għal ħin jista’ jkun hemm xi traġedja ta’ livelli katasrofiċi. Gidba assoluta, kif spjega kemm il-darba l-Gvern. Kif ikkonfermat mill-operaturi tat-tanker. Saħansitra l-viċi-president tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mill-enerġija approva l-qalba għall-gass f’pajjiżna. U l-qalba f’pajjiżna kienet rakkomandata għal pajjiżi oħra.

Aqra aktar

Send this to a friend