Amerka | One News - Part 8

Notifiki

Clinton bil-pneumonia

Hillary Clinton, il-kandidata demokratika li qed taspira li tkun president tal-Istati Uniti, tinsab marida bil-pneumonia.

Kien waqt ċerimonja li fakkret il-vittmi tal-attakk terroristiku li seħħ fil-11 ta’ Settembru 2001 li Clinton ħassitha ma tiflaħx. Tobba qalu li waqt dik l-attività kellha nuqqas ta’ ilma, u għall-pneumonia qed tieħu l-antibiotiċi.

Minkejja li qalu li qed tirkupra, kellha tħassar iż-żjara tagħha f’California bħala parti mill-kampanja, liema żjara kellha tibda llum. Hija ilha ftit issofri minn sogħla relatata ma’ allerġiji.

“IBEN PROSTITUTA”

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte sejjaħ lill-President Amerikan Barack Obama “iben prostituta” u wissieh biex ma jqajjimx kwistjonijiet dwar drittijiet umani miegħu.

Dan qalu meta kien mistoqsi minn ġurnalist dwar kif bi ħsiebu jirripondi, jekk Obama jkellmu dwar il-ġlieda kontra s-suq tad-droga.

Mijiet ta’ persuni tilfu ħajjithom f’operazzjonijiet kontra d-droga minn meta Duterte rebaħ l-elezzjoni, minkejja t-tħassib tad-dinja internazzjonali. Huwa ħalef li jeqred it-teħid ta’ droga illegali fil-Filippini, akkost tal-qtil ta’ min jittraffika d-droga.

Duterte u Obama mistennija jiltaqgħu għada f’Laos, f’dik li ma tantx tidher li se tkun laqgħu bejn il-ħbieb. Duterte iddikjara diġa li mhux bi ħsiebu jieħu ordnijiet mill-Amerka, li tagħha l-Filippini kienu kolonja fil-passat.

Tħassib minħabba Clayton!

Nirien li qed jinfirxu malajr sfurzaw l-evakwazzjoni ta’ madwar 82,000 f’San Bernardino County, fil-Lvant ta’ Los Angeles.

In-nar beda t-Tlieta f’passaġġ tal-muntanja u li diġa ħakem 54,000 tomna t’ art. Eluf ta’ djar jinsabu f’riskju ta’ dak imsejjaħ Bluecut fire, filwaqt li kien iddikjarat stat t’ emerġenza.

Nar ieħor, imsemmi Clayton, li beda s-Sibt fit-tramuntana ta’ Kalifornja, qered 175 dar. Kollox jindika li dan tqabbad apposta minn raġel li qabel kien ħaddiem tat-tifi tan-nar, u li issa ġie arrestat.

Aqra aktar

Karaoke ma’ Michelle!

Jidher li Michelle Obama ma tantx inkwetat wara li l-mara ta’ Donald Trump, Melania, fil-Konvenzjoni Nazzjonali Repubblikana kkuppjat parti mid-diskors li għamlet hi. Il-mara li ssoltu naraw f’laqgħat diplomatiċi u f’attivitajiet filantropiċi, qattgħat ħin lil hinn mid-dmirijiet uffiċjali tagħha u minflok intefgħat tkanta.

Aqra aktar

Ried joqtol lil Donald Trump

Żagħżugħ Ingliż li prova jaħtaf pistola ta’ Pulizija waqt dimostrazzjoni f’Las Vegas qal li ried jispara lejn Donald Trump.

Michael Steven Sandford għandu għoxrin sena u deher quddiem il-Qorti ta’ Nevada, fejn qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizja sakemm jinstema’ l-każ fil-bidu ta’ Lulju.

Aqra aktar

Send this to a friend