Amerka | One News - Part 6

Notifiki

Irid ilaħħaq lil ibnu tar-rispett

Demokratiċi Amerikani qed joġġezjonaw id-deċiżjoni tal-President elett Donald Trump biex ibnu tar-rispett isir wieħed mill-ogħla konsulenti. Huma ħafna dawk li qed jesprimu tħassib dwar nepotiżmu u kunflitt ta’ interess.

Hemm min saħansitra qed jitlob lid-Dipartiment tal-Ġustizzja u l-uffiċċju tal-Gvern inkarigat mill-etika li jiflu “kwistjonijiet legali” marbuta mal-ħatra ta’ Jared Kushner, 35. L-avukat tiegħu, minn naħa l-oħra, qed jgħid li l-kariga ma tiksirx liġijiet.

Kushner huwa miżżewweġ lil bint Sur Trump Ivanka u qal li bi ħsiebu se jirriżenja minn kap tal-proprjetà tan-negozju tal-familja.

 

Pete Buttigieg kandidat għat-tmexxija tal-Partit Demokratiku

• Iben Malti li mar l-Istati Uniti jistudja għall-PHD

• Kien Malta għaċ-CHOGM fl-2015

Pete Buttigieg, is-Sindku ta’ South Bend, f’Indiana, għamel uffiċjali n-nomina tiegħu għall-chairman tal-Partit Demokratiku fl-Istati Uniti. Buttigieg huwa iben Malti li mar l-Istati Uniti biex jistudja f’livell ta’ dottorat u meta fl-2015 kien Malta għal ‘business forum’ bħala parti mill-konferenza tal-istati membri tal-Commonwealth kien iddeskriva lilu nnifsu bħala x’aktarx l-uniku politiku fl-Istati Uniti ta’ dixxendenza Maltija.Aqra aktar

Sena ta’ elezzjonijiet kruċjali

L-2016 tibqa’ mfakkra bħala waħda mill-aktar snin li pprovdiet elezzjonijiet imprevedibbli. Il-poplu Brittaniku għażel li jivvota biex joħrog mill-Unjoni Ewropea anke meta kważi s-sondaġġi kollha kienu qed juru bil-kontra. L-istess jista’ jingħad għall-elezzjonijiet fl-Istati Uniti.

Il-kandidat Repubblikan Donald Trump rebaħ lil Hillary Clinton u l-esperti politiċi mdawrin magħha. Kien riżultat sorpriż meta tqis l-ammont ta’ nies li dehru kontrih fil-midja Amerikana u anke mill-partit tiegħu stess.

Aqra aktar

Trump lill-Iżraeljani: “żommu sod sakemm ikun hemm jien”

Skont il-BBC, il-President elett tal-Istati Uniti Donald Trump għadu kemm qal lill-poplu Iżraeljan iżomm sod (‘stay strong’) sakemm ikun beda jaqdi dmiru bħala President. Trump qal li ma jistax iħalli lill-Iżrael ikun trattat b’mod ħażin.

Fil-jiem li għaddew il-Prim Ministru ta’ Iżrael, Benjamin Netanyahu, sejjaħ ‘tal-mistħija’ il-vot tan-Nazzjonijiet Magħquda favur reżoluzzjoni li ġġiegħel lill-Iżrael iċċedi art fil-Palestinjana. Saħaq li l-Iżrael mhux se jimxi mal-vot ta’ nhar il-Ġimgħa fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Ir-reżoluzzjoni titlob li l-Iżrael iċedi l-art f’Ġudea, Samaria u Ġerusalemm tal-Lvant.

Aqra aktar

“Tal-mistħija”

Il-Prim Ministru ta’ Iżrael, Benjamin Netanyahu, sejjaħ ‘tal-mistħija’ il-vot tan-Nazzjonijiet Magħquda favur reżoluzzjoni li ġġiegħel lill-Iżrael iċċedi art fil-Palestinjana.

Saħaq li l-Iżrael mhux se jimxi mal-vot ta’ nhar il-Ġimgħa fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Ir-reżoluzzjoni titlob li l-Iżrael iċedi l-art f’Ġudea, Samaria u Ġerusalemm tal-Lvant. L-Istati Uniti astjenew mill-vot u m’użawx il-veto biex iwaqqfu r-reżoluzzjoni.

Diversi uffiċjali mill-Iżrael attakkaw lill-President tal-Istati Uniti Barack Obama u lis-Segretarju tal-Istat John Kerry ta’ din il-mossa.

Tal-ambaxxata Amerikana f’Tokyo b’mossi verament mhux tas-soltu – trid tara biex temmen

Dan huwa każ ta’ politiċi li vera daħlu fl-ispirtu tal-Milied – forsi xi ftit iżżejjed!

Ħaddiema tal-ambaxxata Amerikana f’Tokyo nġabru biex jagħtu wirja tal-hekk imsejjħa Koi Dance, ċioe żifna tal-imħabba. Din hija żifna li kisbet popolarità kbira għaliex żifnuha waqt programm televiżiv Ġappuniż segwit immens.

Dik li tidher fil-bidu u fir-ritratt ta’ fuq hija Carolyn Bouvier-Kennedy, l-ambaxxatriċi Amerikana għall-Ġappun u bint l-eks President Amerikan John F. Kennedy. Dawk li hemm jiżfnu magħha huma wħud mill-ogħla uffiċjali.

Ftit mumenti biss wara li tela’ online, dan il-filmat kellu aktar minn 2.8 miljun persuna li ratu.

Aqra aktar

Qabad jgħajjar lil Ivanka Trump fuq l-ajruplan – spiċċa mkeċċi

Passiġġier kustinjuż spiċċa mkeċċi minn titjijra wara li kkonfronta lil Ivanka Trump, bint il-kbira tal-President elett Donald Trump, waqt titjijra minn New York.

“Missierek qed jirrovina l-pajjiż” għajjat ir-raġel meta l-ajruplan kien qed ilesti għal takeoff mill-ajruport JFK fi New York.

Qed jingħad f’uħud mill-ġurnali internazzjonali li r-raġel huwa avukat minn Brooklyn bl-isem ta’ Dan Goldstein, li kien qed jivjaġġa flimkien mar-raġel tiegħu. Qed ikun irrapportat ukoll li beda jinsisti jkun jaf għaliex Ivanka Trump ma kinitx qed tivjaġġa b’ajruplan privat.

Aqra aktar

Tinħoloq Trump Queen

Ċertu disinjatur bl-isem ta’ Michal Krauthamer iddeċieda jżid kelma mal-motto favorit tal-President elett tal-Istati Uniti Donald Trump.

Bit-tema “make Amercia Great Britain Again”, iddeċieda jmur fuq il-programm Photoshop u jitfa’ wiċċ Trump fil-persuna tar-Reġina tal-Ingilterra.

“Ma kienx eżerċizzju politiku imma eżerċizzju dwar il-bluha ta’ Photoshop u l-kapaċità li jġiegħel bniedem jidħal” spjega Michal. Ir-riżultat huwa pjuttost tad-daħk.

Aqra aktar

Send this to a friend