Amerka | One News - Part 5

Notifiki

Jekk il-Koreani jużaw armi nukleari, l-Amerikani se jwieġbu bi kbir

Is-Segretarju Amerikan tad-Difiża James Mattis qal li kwalunkwe użu ta’ armi nukleari mill-Korea ta’ Fuq se tintlaqa minn risposta effettiva u kbira.

Mattis tkellem fil-Korea t’ Isfel, fejn kien affermat mill-ġdid l-appoġġ tal-Istati Uniti, qabel ma siefer lejn Tokjo. Huwa reġa kkonferma wkoll il-pjanijiet biex tkun implimentat sistema Amerikana ta’ difiża kontra l-missili fil-Korea t’ Isfel iktar tard dis-sena. It-testijiet tal-missili u nukleari ripetuti u stqarrijiet aggressivi mill-Korea ta’ Fuq qed ikomplu jallarmaw u jirrabjaw lir-reġjun.

Aqra aktar

Il-Prim Ministru jitkellem kontra l-mewġa ta’ sentimenti anti-Amerikani

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-komunità internazzjonali għandha teħodha mal-amministrazzjoni preżenti tal-Istati Uniti, u mhux mal-Istati Uniti.

Mal-aġenzija tal-aħbarijiet EurActiv, Muscat qal li qed jara differenzi bejn il-kunċett tal-Istati Uniti, bħala pajjiż u alleat strateġiku, u l-amministrazzjoni preżenti. Qal ukoll li m’għandux ikun hemm mewġa ta’ sentimenti anti-Amerikani.

Qal li hemm bżonn li l-komunità internazzjonali tkun voċifera ħafna jekk tħoss li ma taqbilx fuq dak li qed jagħmel Trump. Qal li filwaqt li jaqbel li hemm bżonn iktar sigurtà, il-mod kif qed jaġixxi Trump iqajjem ħafna domandi.

Aqra aktar

Trump jinnomina lil Sessions għal Avukat Ġenerali – magħruf għal tendenzi razzisti

Kumitat Ġudizzajarju mis-Senat Amerikan mistenni jivvota dwar l-għażla tal-President Donald Trump għal avukat ġenerali. Huwa Jeff Sessions il-magħżul ta’ Trump,  senatur konservattiv u wieħed mill-ewwel segwaċi tiegħu. Huwa magħruf għal allegazzjonijiet razzisti.

Il-vot se jsir jum biss wara li Trump keċċa lil Sally Yates, li kienet qed tokkupa l-kariga ta’ avukat ġenerali temporanjament.

Tkeċċiet għax qajment dubji dwar il-legalità tal-passi tiegħu dwar il-migrazzjoni. Jekk il-kumitat japprova n-nomina ta’ Sessions, is-senat kollu, fejn ir-repubblikani għandhom maġġoranza ta’ 52-48, mistenni jivvota sal-aħħar tal-ġimgħa.

Tusk irid għaqda Ewropea, fil-konfront ta’ Trump

Il-President tal-Kunsill Ewropew, Donald Tusk, qal li l-Presiden tal-Istati Uniti Donald Trump għadu kif ingħaqad mar-Russja, iċ-Ċina u l-Iżlam radikali fost dawk li huma ta’ theddida għall-Ewropa. Minħabba f’hekk Tusk qed jappella lill-Ewropa biex tingħaqad sabiex ma jkunx hemm dominanza ta’ tliet saħħiet kontinentali.

F’ittra indirizzata lill-mexxejja nazzjonali qabel is-summit li se jkun qed jattendi għalih l-Ġimgħa li ġej f’Malta, Tusk qal li l-politika protettiva ta’ Trump fin-negozju għandha tispira lill-Unjoni Ewropea biex tkompli tippromwovi ftehimiet ta’ suq ħieles u miftuħ.

Ara l-ittra hawn isfel:

Aqra aktar

Maltin iqumu kontra Trump

“Donald Trump rebaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-2016 u issa qed jaħtar nies b’mod li jqajjem bosta suspetti. Iċ-ċittadini qed jistaqsu kif in-nazzjoni jista’ jimxi ‘l quddiem b’kap li huwa omofobiku, razzist, xenofobiku u sessist”.

Hekk inkiteb fuq is-sit change.org; sit fejn ikunu ffirmati petizzjonijiet li f’ċertu okkażjonijiet verament iwasslu għal biddla.

Din il-petizzjoni s’issa iffirmawha aktar minn 107,908 persuna, iżda jonqos ħafna aktar għall-ammont mixtieq.

Aqra aktar

Trump favur li t-terroristi jiġu ttorturati

Il-President il-ġdid tal-Istati Uniti qal li jrid jiġġieled it-terroriżmu permezz tat-tortura. Huwa jaqbel li t-tortura, speċifikament il-waterboarding terġa’ tiġi legali fl-Istati Uniti għax jemmen li hekk biss tista’ tiġi indirizzata din il-problema.

Aqra aktar

Send this to a friend