Amerka | One News - Part 3

Notifiki

Jingħaqdu flimkien għal għan nobbli

Ħames eks-Presidenti Amerikani attendew kunċert għal għan nobbli flimkien biex jinġabru flus għall-vittmi tal-uragani li ħakmu lill-Istati Uniti din is-sena.

Barack Obama, George W Bush, Bill Clinton, George HW Bush u Jimmy Carter marru f’Texas biex ikomplu jwasslu l-messaġġ t’appell għall-għajnuna lill-vittmi.

It-tliet Demokratiċi u ż-żewġ Repubblikani ngħaqdu flimkien biex jgħinu speċjalment lil dawk affetwati mid-diżastri li ħallew l-uragani Harvey, Irma u Maria.

Mill-kunċert inġabru 31 miljun dollaru Amerikan.

REKORD: 72 hot dog f’10 minuti

F’attività li ssir kull sena fl-Amerka, Joey “Jaws” Chestunt, kiser rekord tiegħu stess meta kiel 72 hot dog f’10 minuti.

F’Nathan’s Famoys on Coney Island, Chestunt mar ferm aħjar minn Matt Stonie li kiseb it-tieni post b’48 hot dog. 

Fil-kummenti tiegħu huwa qal “M’huwa ebda sigriet li nħobb niekol u nħobb nirbaħ. Għalhekk, kelli nsib mod ta’ kif jirnexxieli nirbaħ din l-isfida.”

Il-kompetizzjoni tan-nisa nrebħet minn Miki Sudo, biex b’hekk baqgħet iżżomm ir-renju f’idejha wara li kompliet mas-suċċessi tas-sena li għaddiet. F’10 minuti hija kielet 41 hot dog.

Aqra aktar

Il-Korea ta’ Fuq tgħid lill-Amerka: tażżardawx għax lesti għall-ġlied

Il-Korea ta’ Fuq wissiet lill-Istati Uniti biex ma tipprovokax u ma tieħu ebda azzjoni fir-reġjun, għax tinsab lesta tirribatti b’attakki nukleari. Dawn il-kummenti saru meta l-Korea ta’ Fuq immarkat il-105 anniversarju mit-twelid tal-president fundatur, Kim Il-Sung. Ċelebrazzjoni magħrufa bħala Day of the Sun. 

Għal din l-okkażjoni saret parata kbira fi Pyongyang, fost spekulazzjoni li l-mexxej attwali Kim Jong-Un jista’ jordna provi nukleari ġodda.

Choe Ryong-Hae, dak li hu mifhum li huwa t-tieni l-iktar uffiċjal b’saħħtu fil-pajjiż, qal li jinsabu preparati li jwieġbu għal gwerra bi gwerra oħra. Dan meta aircraft carrier Amerikan u vapuri oħra tal-gwerra riesqin qrib il-Korea ta’ Fuq. Qed imorru hemm minħabba t-theddid ta’ azzjoni nukleari u l-provi li qed iwettaq dan il-pajjiż f’dan il-kamp.

Aqra aktar

Forzi Amerikani jużaw ‘the mother of all bombs’

Forzi Militari Amerikani qalu li niżllu ‘the mother of all bombs’, litterlament l-omm ta’ kull bomba li qatt tniżżlet qabel, fl-Afganistan. Hija bomba ta’ 9,800 kilogramma li tniżżlet fuq mina li tintuża minn militanti tal-Istat Iżlamiku. L-isem tekniku tagħha huwa GBU-43/B Massive Ordnance Air Blast Bomb, jew aħjar MOAB. Skont il-Pentagon, tniżżlet minn ajruplan Amerikan fil-provinċja Nangarhar.

Din l-aħbar tasal sigħat biss wara li l-Pentagon ammettew attak fl-ajru fis-Sirja qatel 18-il ribell bi żball. Il-forza li ntużat fis-Sirja suppost kellha tkun fuq post partikolari tal-IS, iżda minflok inqatlu fibelli mil-Forzi Demokratiċi Sirjani, li għandhom appoġġ minn Washington.

Tensjoni li qed tiggrava; ir-Russja u l-Iran iwissu lil Trump

Ir-Russja u l-Iran wissew lill-President Amerikan Donald Trump li se jirritaljaw b’azzjoni militari jekk inieidi aktar attakki fuq is-Sirja. It-theddeida saret hekk kif qalu li Trump qasam il-linji ħomor metaforiċi, meta bbombardja l-forzi ta’ Bashar al-Assad bil-missili. L-ambaxxata Russa f’Londra wissiet nhar il-Ħadd filgħaxija li jista’ jkun hemm gwerra ta’ vera jekk Moska tintalab ultimatum fuq is-Sirja. Dan fl-istess waqt li s-Segretarju Ingliż għall-Affarijiet Barranin, Boris Johnson, se jaħdem biex ikunu imposti sanzjonijiet ġodda fuq ir-Russja jekk ma tirtirax l-appoġġ lejn Assad.

F’laqgħa tal-pajjiżi parti mill-G7 fl-Italja, Johnson misteni jkompli jitfa pressjoni fuq Moska u jipprova jiżola lir-Russja mill-komunità internazzjonali. Is-Segretarju Ingliż responsabbli mid-difiża Michael Fallon qal li r-Russja hija responsabbli minn kull mewt ċivili li Assad qed ikkaġuna fuq il-poplu tiegħu stess.

Se jiltaqgħu Trump u Merkel

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel se tiltaqa’ mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump. Fuq nett tal-aġenda hemm il-kummerċ transatlantiku u r-relazzjonijet man-NATO.

Dan wara li fl-aħħar jiem il-President  hedded lill-produtturi tal-karozzi Ġermaniżi bit-tariffi filwaqt li appella lill-gvern Ġermaniż biex iżid l-ispiża fid-difiża.   

Għal din il-laqgħa l-kanċillier Ġermaniż se tkun akkumpanjata minn uffiċjali għolja tal-kumpaniji Ġermaniżi Siemens u BMW.

Aqra aktar

Send this to a friend