amerikani – One News

Notifiki

L-Amministrazzjoni Trump ma titħalliex tistaqsi min hu verament ċittadin Amerikan fiċ-ċensiment tagħha

Il-Qorti Suprema ta’ l-Amerika ġiegħlet lill-Amministrazzjoni Trump biex tneħħi mistoqsija miċ-ċensiment tal-2020 li qajmet kontroversja,deċiżjoni li tfisser rebħa kbira għall-gruppi favur id-drittijiet ċivili. Il-Qorti annulat il-mistoqsija li tistaqsi lill-persuni li jgħixu l-Amerika jekk humiex ċittadini tal-Istati Uniti. Il-Gvern Amerikan iddefenda l-mistoqsija u qal li kienet se saħħaħ il-protezzjoni tal-votanti fil-minoranza.Aqra aktar

Uħud mill-akbar kumpaniji diġitali tad-dinja jinsabu f’pajjiżna

Wara xhur ta’ stennija bdiet titlaqqa’ f’Malta l-konferenza ‘Trojan Horse was a Unicorn’, bil-parteċipazzjoni ta’ elf u mitejn delegat minn madwar id-dinja li jaħdmu fl-industrija diġitali.

B’diversi preżentazzjonijiet minn kelliema meqjusa bħala l-krema tad-dinja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ logħob diġitali. Fost ir-rappreżentanti tad-diversi kumpaniji li hawn f’pajjżna hemm dawk ta’ Netflix, Walt Disney, Ubisoft u Lego.Aqra aktar

Salvati wara li qattgħu ħames xhur mitlufa fil-baħar

Żewġ baħrin Amerikani u ż-żewġt iklieb tagħhom ġew salvati mill-Flotta Navali tal-Istati Uniti wara li qattgħu kważi ħames xhur mitlufa fl-Oċean Paċifiku.

Jennifer Appel u Tasha Fuiaba telqu b’dgħajsa żgħira minn Hawaii fuq vjaġġ lejn Tahiti f’Mejju. Ġara li l-magna sofriet ħsarat minħaba t-temp ħażin u waqfet.Aqra aktar

Żewġ persuni jħallsu biex iduru dawra mal-qamar

Kumpanija privata Amerikana li għandha rokit li jispara kapsula spazjali, SpaceX, ħabbret li se tkun qed itella’ żewġ ċittadini privati li ħallsu biex iduru dawra mal-qamar.

Ir-rokit mistenni li jitla’ fl-ispazju lejn l-aħħar tas-sena 2018 fejn il-Kap Eżekuttiv ta’ SpaceX, Elon Musk, qal li “it-turisti diġà ħalsu ammont kbir f’depożitu.”

Aqra aktar

Trump jattakka lill-Imħallef li waqqaf l-ordni li ta hu

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump attakka lill-Imħallef li waqqaf l-ordni eżekuttiva tiegħu u qal li l-Amerikani għandhom iwaħħlu fil-Qrati jekk jiġri xi ħaġa.

Huwa wissa wkoll lil uffiċjali stazzjonati mal-fruntieri tal-pajjiż sabiex joqogħdu attenti għal dawk il-persuni li ġejjin mill-pajjiżi fil-lista tal-ordni eżekuttiva.

Aqra aktar

Send this to a friend