amerikan | One News

Notifiki

Ġurnalist Amerikan iżur l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta

Richard Lui, ġurnalist Amerikan żar l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta, bl-għan li jkellem lill istudenti tal-medja u l-gurnalizmu, fuq l-impatt tal-istejjer tagħhom.

Lui li għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu iddiskuta ħafna mal-istudenti li qed jistudjaw il-Bacellerat fil-Gurnalizmu, fuq l-isfidi li qed jiffaċċja l-ġurnaliżmu fil-ġurnata tal-lum, fosthom it-thedida ta’ ahbarijiet minn sorsi mhux kredibbli.

Aqra aktar

Jingħaqdu flimkien għal għan nobbli

Ħames eks-Presidenti Amerikani attendew kunċert għal għan nobbli flimkien biex jinġabru flus għall-vittmi tal-uragani li ħakmu lill-Istati Uniti din is-sena.

Barack Obama, George W Bush, Bill Clinton, George HW Bush u Jimmy Carter marru f’Texas biex ikomplu jwasslu l-messaġġ t’appell għall-għajnuna lill-vittmi.

It-tliet Demokratiċi u ż-żewġ Repubblikani ngħaqdu flimkien biex jgħinu speċjalment lil dawk affetwati mid-diżastri li ħallew l-uragani Harvey, Irma u Maria.

Mill-kunċert inġabru 31 miljun dollaru Amerikan.

Trump iżur 5 pajjiżi fl-Ażja

Ix-xahar id-dieħel, il-President Amerikan Donald Trump se jipparteċipa f’summits reġjonali f’ħames pajjiżi Ażjatiċi.

Fi vjaġġ ta’ 11 il-ġurnata, Trump mistenni jżur il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Korea t’Isfel, il-Vjetnam u l-Filippini, flimkien mal-istat Amerikan tal-Hawaii.

Fi stqarrija il-White House ntqal li l-impenji tal-President Amerikan fl-Ażja, se jgħinu biex tkun riżolta l-kwistjoni internazzjonali relatata mat-theddida tal-Korea ta’ Fuq.

Theddida li kompliet teskala fl-aħħar xhur; bil-pajjiż Ażjatiku wettaq is-sitt test nukleari minkejja kundanna internazzjonali.

F’diskors lin-Nazzjonijiet Magħquda aktar kmieni dan ix-xahar, Trump hedded li jeqred lill-Korea ta’ Fuq, fl-istess waqt li ddeskriva l-missjoni tal-mexxej Kim Jong-un bħala suicide mission.

SKANDLU – membri mill-militar Amerikan iqassmu mijiet ta’ ritratti ta’ kollegi nisa GĦARWENIN

Uffiċjali minn kull qasam militari Amerikan għandhom ħafna xi jwieġbu, għaliex instab li kienu qed ixerrdu ritratti ta’ kollegi tagħhom għarwenin.

Skont rapporti fil-mezzi tax-xandir internazzjonali, dawn qassmu ritratti ta’ nisa fil-marines, jew li kienu fil-marines, permezz ta’ forum li mingħalihom kien privat,  imma b’xi mod spiċċaw fuq Facebook.

Dawn il-membri tal-militar qassmu bejniethom mijiet ta’ ritratti simili. Dawk li tellgħu r-ritratti kienu anke jipprovdu dettalji ta’ fejn jinsabu stazzjonati dawn in-nisa. Ħafna mir-ritratti kienu jkunu akkumpanjati minn kummenti li xejn m’huma xierqa. Il-Pentagon qed tikkundanna dan l-aġir u tqisu ‘mhux konsistenti’ mal-valuri tal-militar.

Allura issa Obama fejn se jgħix?

Ngħiduha kif inhi, diffiċli ssib paragun għall-Whitehouse.

Imma l-ġurnal Bazaar online ippublika ritratti tad-dar fejn il-familja Obama se tkun qed tgħix, issa li fil-Whitehouse hemm it-Trumps.

Hija dar ta’ 8,200 pied kwadru, f’zona magħrufa bħala Kalorana, f’Washington DC.

Bi tmien kmamar tas-sodda u għaxar kmamar tal-banju, xi trid iktar?

Aqra aktar

Send this to a friend