Putin ried jgħin lil Trump jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali

Il-President Russu Vladimir Putin ried jgħin lil Donald Trump jirbaħ l-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti.

Rapport maħruġ minn aġenzija ta’ intelliġenza fl-Istati Uniti jgħid li Putin ordna kampanja li l-għan tagħha kienet li tinfluwenza l-elezzjoni.

Filfatt ir-rapport ta’ ħamsa u għoxrin paġna jgħid li l-Kremlin żviluppat preferenza ċara lejn Trump. Dan minkejja li s’issa l-Gvern Russu għadu ma weġibx għal dawn l-allegazzjonijiet.

Aġenziji Amerikani jaqblu li r-Russja ħadmet minn taħt

Aġenziji Amerikani jemmnu li r-Russja ħadmet minn taħt biex Donald Trump rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali. Dan qaluh uffiċjali Amerikani lil ġurnali ewlenin bħall-Washington post u New York Times.

Infatti skont in-New York Times, dawn l-aġenziji tal-intelliġenza jinsabu kunfidenti ħafna li kien hemm l-indħil tar-Russi. Rapport imħejji mis-CIA u rrapportat fil-Washington POst jgħid l-istess.

Aqra aktar

Trump iħabbar isem is-Segretarju għad-Difiża

Il-President-elett tal-Istati Uniti, Donald Trump, għadu kif ħabbar il-ħatra ta’ Gen James Mattis bħala is-Segretarju tad-Difiża.

“Hu l-aqwa wieħed li għandna,” qal Trump hekk kif ħabbar l-għażla tiegħu f’Ohio.

Gen Mattis, li hu magħruf ukoll bħala “Mad Dog”, kien jiktritika b’mod liberu l-politika tal-Lvant Nofsani tal-amministrazzjoni t’Obama, b’mod partikolari fejn jidħol l-Iran.

Hu kien irrefera għall-Iran bħala “l-iktar theddida konsistenti għall-istabbiltà u l-paċi fil-Lvant Nofsani”.