ambjent | One News

Notifiki

“Rapporti” minn studenti Maltin dwar l-użu tal-plastik u l-ambjent rikonoxxuti minn għaqda ambjentali dinjija

Min b’rakkont viżiv, min b’rapport, u min b’preżentazzjoni. Dawn kienu l-modi li bihom studenti minn għadd ta’ skejjel Maltin għażlu li jissieħbu mal-għaqda Young Reporters for the Environement biex iqajmu għarfien akbar biex jonqos l-użu tal-plastik.

YRE Global irrikonoxxiet żewġ proġetti minn Malta, rakkont awdjo-viżiv li nħadem f’kollaborazzjoni ma’ skola fi Spanja, u studju maħsub biex iħeġġeġ aktar persuni jixtru prodotti Fair Trade, li jfisser li jkunu tkabbru u ġew ippakkjati b’mod li jħares l-ambjent.Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Gvern se jirdoppja l-ispazju miftuħ f’Ta’ Qali biex isir Il-Park Nazzjonali ta’ Malta

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jirdopppja l-park ta’ Ta’ Qali biex fuq medda ta’ 450,000 metru kwadru ta’ art jkollna l-ewwel Park Nazzjonali ta’ Malta.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Ta’ Qali, il-Prim Ministru qal li l-park se jinkludi tnejn u ħamsin tomna ta’ art li kienet okkupata minn fabbrika tal-konkrit. Qal li din l-art setgħet ingħatat għall-iżvilupp kummerċjali, iżda l-Gvern ħa d-deċiżjoni li jwaqqaf l-akbar proġett kapitali mħaddar li qatt sar f’minn tal-anqas ġenerazzjoni.

Il-proġett b’investiemnt ta’ 20 miljun ewro jinkludi t-tħawwil ta’ 80,000 siġra u xitla ġdida.

Dr Muscat qal li l-Gvern se jagħmel riġenerazzjoni sħiħa ta’ Ta’ Qali biex jrodd lill-familji medda ta’ art kbira daqs terz tal-kobor ta’ Hyde Park f’Londra.

Dr Muscat qal li dan il-proġett mhux fula f’qargħa. Qal li dan il-proġett jingħaqad ma’ dak imħabbar f’Bengħajsa fuq medda ta’ 80 elf metru kwadru ta’ art fin-Nofsinhar ta’ Malta u l-proġett innovattiv li se joħloq 13-elf metru kwadru oħra bit-tisqif tal-mini ta’ Santa Venera.

Il-Ministru għall-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li dan il-park se jservi ta’ pulmun u sors ta’ enerġija nadifa għall-familji Maltin u Għawdxin.

Niżguraw li Ta’ Qali kollu jkun wieħed sħiħ għaliex għandek ħafna pockets li mhux utilizzati. Daqs 63 grawnd tal-futbol se jingħataw lura lill-familji. L-ekonomija sejra tajjeb u l-Maltin għandhom bżonn aktar ħin biex iqattgħu mal-familja, u rridu niżguraw li nagħtu l-proġett malajr kemm jista’ jkun lilhom ukoll.

Il-Park Nazzjonali ta’ Malta se jinkludi wkoll żoni ta’ kampeġġ, twessigħ tad-dog park, trakkek għall-ġiri, u se jagħti għall-proġett ta’ Chadwick Lakes u tal-Villaġġi tas-Snajja. Il-Gvern iddeċieda li l-Arkivji Nazzjonali l-ġodda se jingħaqdu mal-Park.

Qed inħarsu lejn investiment ta’ €20 miljun biex niżguraw li jkollna infrastruttura ħadra kif suppost li tħabbatha ma’ parks internazzjonali li aħna nesperjenzaw barra mill-pajjiż.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Ambjent Jose Herrera qal li l-Gvern qed juri prijorita fil-qasam ambjentali billi jagħti lura dawn iż-żoni lill-familji Maltin li se jkollu kemm aspetti naturali u aspetti sportivi.

 

Il-K.E. pożittiva dwar il-passi li qed tieħu Malta dwar il-qasam ambjentali

Il-Kummissjoni Ewropea tinsab pożittiva dwar il-passi li qed jieħu pajjizna dwar l-ambjent, partikolarment fejn jidħol it-tnaqqis u r-riciklaġġ tal-iskart.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella spjega kif il-Kummissjoni Ewropea qed tinnota pożittivament il-ħidma ta’ pajjiżna f’dan l-aspett, fosthom is-separazzjoni tal-iskart organiku, l-iskema ta’ rifużjoni fuq il-fliexken tal-plastik.Aqra aktar

Ministeri u entitajiet tal-Gvern se jibdew isegwu gwida speċifika li tħares l-ambjent

Ġiet imnedija Strateġija Nazzjonali li permezz tagħha se jkun hemm titjib ambjentali fil-prodotti u s-servizzi li jixtri l-gvern, jew inkella f’dak imsejjaħ procurement tal-gvern.  L-istrateġija, imfassla mill-Ministeru għall-Ambjent, tnediet il-Ħamis, u l-konsultazzjoni pubblika mistennija tibqa għaddejja sat-22 ta’ Diċembru li ġej.Aqra aktar

It-tfal se jkollhom irwol kruċjali fiż-żamma tal-ambjent

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira għal sena oħra se jiċċelebra l-jum internazzjonali ddedikat għat-tfal b’attività fil-kulleġġ ta’ Santa Klara bit-tema prinċipali tkun l-ambjent.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kunsill Lokali tal-Gżira fejn fost oħrajn intqal li t-tfal għandhom dritt li jitrabbew u jgħixu f’ambjent nadif u nieqes mit-tniġġis.Aqra aktar

Send this to a friend