allegazzjonijiet | One News

Notifiki

ARA: Delia sieket quddiem l-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma lissinx kelma waħda dwar dak li ġie allegat mill-gazzetta MaltaToday, li fil-ħarġa tal-Ħadd irrappurtat li m’hemm l-ebda rabta bejn l-allegazzjonijiet li ħareġ jagħmel  ta’ firem iffalsifikati u investigazzjoni dwaru mill-Aġenizija Kontra l-Ħasil tal-Flus, l-FIAU.

Adrian Delia li ilu mill-bidu tal-karriera politika jiffaċċja allegazzjonijiet li daħħal nofs miljun ewro f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni, ħarab li jitkellem u jagħti spjega dwar dawn l-allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus li qiegħed jiffaċja. Allegazzjonijiet li dwarhom ma jridx jitlob inkjesta maġisterjali.Aqra aktar

ARA: Ma sparixxiet ebda droga mill-qorti

Jiem wara li l-midja tal-Partit Nazzjonalista ħarġet tallega li sparixxew ħmistax-il blokka droga mill-Qorti, sorsi qrib il-qorti kkonfermaw ma’ The Times li d-droga qatt ma ġiet nieqsa mill-istrong room tal-qorti.

Aqra aktar

Jason Azzopardi ma jirrepetix l-allegazzjonijiet fil-qorti

Fil-bidu tas-seduta ta’ dalgħodu waqt il-Kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-avukat Martin Fenech li qed jidher għal Vince Muscat oġġezzjona għal dak li qal id-deputat Jason Azzopardi bl-immunità Parlamentari, meta allega li l-akkużati ġew mgħarrfa minn qabel bl-arrest tagħhom.

Aqra aktar

Ippubblikat ktieb b’allegazzjonijiet dwar Trump

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-ktieb li nħareġ u li jitkellem fuq allegazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tiegħu huwa mimli gideb. Fost l-allegazzjonijiet f’ dan il-ktieb hemm li t-tifel tat-Trump kien preżenti għal-laqgħa mar-Russi. Hawn ġie kkwotat Steve Bannon l-eks-uffiċjal f’ din l-amministrazzjoni li ddeskriva din il-laqgħa bħala tradiment għal pajjiż.

Konrad Mizzi jiċħad l-allegazzjonijiet ta’ The Malta Independent

Il-Ministru Konrad Mizzi ċaħad ir-rapport ta’ The Malta Independent on Sunday  bit-titlu “Kickback over Enemalta privatisation probed by the FIAU” u qal li l-allegazzjonijiet li qed isiru f’dan ir-rapport huma kontinwazzjoni ta’ kampanja ta’ assassinju tal-karattru, kif kienet ippjanata mill-bidu mill-blogger Daphne Caruana Galizia.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: “Allegazzjonijiet BLA PROVI u purament SPEKULATTIVI”

  • Jirreaġixxi l-Ministru Konrad Mizzi

B’reazzjoni għal artiklu fit-Times of Malta bit-titlu “Tax probe ‘missed’ Pilatus Bank accounts”, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għad-Dħul qal li l-allegazzjonijiet qed isiru migħajr provi u huma purament spekulattivi, apparti li ma jirriflettux il-mod ta’ kif dawn it-tipi ta’ każijiet jiġu investigati.

It-Tax Compliance Unit (TCU)  ikkonferma li l-ebda każijiet ta’ awditjar ma nfetħu jew reġgħu nfetħu mill-ġdid.

Aqra aktar

Il-PM: Min jallega għandu juri l-provi

Il-Prim Ministru qal li min jagħmel l-allegazzjonijiet mingħajr ma jipprovahom għandu jinżamm kontabbli. Meta mistoqsi dwar l-aħħar allegazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia, li dwarhom diġà infetħu kawżi ta’ libell, il-Prim Ministru qal li dak li qed tgħid Caruana Galizia huwa “totalment falz.”

Aqra aktar

Appell biex Beppe Fenech Adami u l-PN ma jfixklux il-ġustizzja b’allegazzjonijiet anonimi

B’referenza għall-ittra anonima li l-Viċi Kap Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ikkwota fil-Parlament u poġġa fuq il-mejda tal-Kamra, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ċaħdet kategorikament li għandha xi tip ta’ konnessjoni mal-istorja li ssemmiet fuq gazzetta u li qed tintuża mill-Oppożizzjoni bħala stat ta’ fatt.

Fil-Parlament, il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni Beppe Fenech Adami allega li f’Għawdex qed isir indħil politiku f’każ li jinvolvi t-traffikar ta’ droga.

Aqra aktar

Send this to a friend