Alkoħol | One News

Notifiki

Ara li biex tisħon, ma tagħmilx ħsara lil saħħtek

Il-bard ta’ Jannar iqaxxar ġild il-ħmar. U bil-kesħa li ħakmet lill-Ewropa fosthom lil pajjiżna bosta qed isalvaw ġildhom b’xi xarba sħuna.

It-tabib tal-familja  Dr. Malcolm Galea, saħaq li filwaqt li bosta jirrikorru għal xi ftit whisky sabiex jisħnu, filwaqt li fil-moderazzjoni l-effetti jistgħu ikunu tajbin, meta wieħed jesaġera jkun qed jistieden l-inkwiet.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Le Grazzi, se nsuq”

“No thanks, I’m driving”. “Le grazzi, se nsuq.” Messaġġ skjett iżda ċar ta’ kampanja kontra x-xorb u s-sewqan.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bidu ta’ xahar li matulu jiżdiedu l-okkażjonijiet tax-xorb minħabba l-festi, ġiet ikkwotata statistika li turi kif is-sena li għaddiet, f’pajjiżna mietu sbatax-il persuna f’ inċidenti tat-traffiku.Aqra aktar

Karozzi, alkoħol u żraben fost l-eluf ta’ oġġetti għall-bejgħ bl-offerta maqbuda mid-Dwana

Id-Dipartiment tad-Dwana ħareġ għall-bejgħ eluf ta’ oġġetti maqbuda mid-Dipartiment f’dawn l-aħħar xhur. Il-bejgħ bl-offerta se jsir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar.

Kull min hu interessat jara l-lottijiet tal-oġġetti  li qiegħdin jitpoġġew għall-bejgħ jista’ jagħmel dan mil-lum it-Tnejn 11 ta’ Ġunju 2018 sa daknhar tal-bejgħ (il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju 2018 f’nofsinhar).  L-affarijiet jinsabu għall-wiri fi Newport Bonded Stores, il-Marsa, u l-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn it-8am u nofsinhar u bejn in-1230pm u l-4pm.
Aqra aktar

L-24 ta’ Diċembru għadu maħbub minn bosta

Il-Jum ta’ għada, l-24 ta’ Diċembru għadu sinonimu ma’ spirtu sabiħ għal bosta. Ħafna jkun għad fadlilhom xi xiri x’jagħmlu. Imma għadek issib ħafna nies li jħobbu jerfgħu din il-ġurnata biex iżuru ħbieb li jkunu ilhom ma jiltaqgħu jew inkella jħallu propju din il-ġurnata fis-sena biex jerġgħu jġeddu xi ftit memorji u tifkiriet tat-tfulija.

Ma jonqsux l-awguri għalkemm fil-mezzi tal-midja soċjali sirna naraw ħafna kummenti li wieħed m’hemmx għalfejn jistenna dawn il-jiem biex jirreċiproka awguri ta’ xewqat tajba lil dak li jkun. Imma ejja ngħidu li b’mod awtomatiku hekk jiġri u s-soċjeta’ tistimola biex dan jiġri wkoll. Mhux inqas il-midja li żżid l-adrenalina għal dan l-istat ta’ ferħ fin-nies.Aqra aktar

Imwaqqfa inizjattiva biex ma jkunx ikkunsmat xorb f’livelli eċċessivi fil-festi

Twaqqfet inizzjativa bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali u l-għaqda każini tal-baned biex ma jkunx ikkunsmat xorb f’livelli eċċesivi fil-festi madwar Malta u Għawdex, speċjalment fost etajiet żgħar.

Il-bżonn inħass fid-dawl tal-istatistika inkwetanti li tpoġġi lil Malta fuq nett fejn jidħol abbuż t’alkoħol, dan ikkonfermat minn studju imwettaq mill-Espad, li hija l-iskola Ewropeja dwar l-alkoħol u sustanzi llegali.

Studju li fost oħrajn jixhed kif sitta u temnin fil-mija ta’ persuna taħt l-eta xorbu alkoħol xi darba jew oħra f’ħajjithom , figuri li huma sitta fil-mija aktar mill-medja Ewropeja. Għar minn hekk sebgħa u erbgħin fil-mija ta’ żagħżagħ taħt l-eta ġili ikkunsmaw livelli għoljin ħafna t’alkoħol li fisser ukoll stat u mġieba ħażina ħafna.

Aqra aktar

Il-vizzji wassluhom għall-ħabs

Żewġt irġiel akkużati b’ serq ta’ alkoħol inżammu taħt arrest wara li ma saritx it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Andre Borg ta’ 30 sena u Clayton Fenech ta’ 25 sena, t-tnejn saħqu li mgħandhomx saqaf fuq rashom u li jinsabu bla xogħol.

Aqra aktar

FILMAT: Xorob aktar milli felaħ u xorta waħda saq…

Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurta’ fit-Toroq nedew kampanja kontra s-sewqan taħt l-effett tax-xorb.  Ir-riklam ġdid fuq it-televiżjoni u r-radju isaħħaħ il-kampanja li d-Direttorat għal Promozzjoni għas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard tmexxi kull sena.  Din hija fażi ġdida tal-kampanja Rispett fit-Triq li Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurta’ fit-Toroq bdew f’Settembru ta’ din is-sena.

Aqra aktar

FILMAT: Testijiet tan-nifs fuq is-sewwieqa billejl u bi nhar

Is-sena 2016 se tibqa’ mmarkata bħala waħda mill-aktar snin li fija rrapportajna fatalitajiet bi 22 persuna tilfu hajjithom. Dwar dan is-suġġett tkellem aktar fid-dettall l-ispettur Sergio Pisani waqt One News Breakfast, huwa spjega li kien għoxrin sena ilu li saru l-istess numru ta’ fatalitajiet.

Waqt id-diskussjoni ħareġ biċ-ċar li l-mobile waqt is-sewqan jibqa wieħed mill-aktar fatturi perikolużi li jista jwassal għal inċidenti serji. Intant f’dawn iż-żmien ta’ festi, l-konsum tal-alkoħol jiżdied ġmielhu u l-appell biex ħadd ma jixrob u jsuq reġa kien mtenni, bl-Ispettur Pisani jgħid li t-testijiet tan-nifs se jkunu qed isiru matul il-ġurnata kollha.
Aqra aktar

Politika dwar l-konsum tal-alkohol għall-konsultazzjoni

Tnediet għall-konsultazzjoni pubblika l-politika dwar il-konsum tal-alkohol. Politika li qed tara li jkunu ndirizzati tlett sfidi- il-konsum tal-alkohol fost dawk li għandhom inqas minn sbatax-il sena, li jonqos ix-xorb eċċessiv fost il-popolazzjoni b’mod li tinħoloq kuxjenza dwar l-importanza li wieħed jikkonsma x-xorb b’moderazzjoni u jkun indirizzat aħjar is-sewqan bl-effett tal-alkohol.
Aqra aktar

Send this to a friend