alka – One News

Notifiki

Rekord assolut t’alka li pajjiżna qatt esperjenza

Kawża tal-maltemp bl-irjiħat li laqtu lil pajjiżna x-xitwa li għaddiet, din is-sena għandna rekord t’alka li qatt esperjenza pajjiżna f’dawn l-aħħar snin. Fejn f’temp ta’ ħames xhur inġabru madwar 3,668 tunnellata, ammont konsiderevoli meta mqabbla mas-snin ta’ qabel.

Wara l-maltempata kbira li laqtet lil pajjiżna f’Ottubru 2016, l-alka kollha minn fuq il-bajjiet kienet tnaddfet u tneħħew b’iktar minn 177 tunellata ta’ skart, iżda sfortunatament, l-isforzi li saru prattikament ma swew għal xejn. Anke operaturi li ilhom joperaw fuq dawn il-bajjiet għal għexieren ta’ snin, qed jistqarru li qatt ma ltaqgħu ma’ din is-sitwazzjoni.

Id-Direttorat tat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed ikollu jikri hydraulic excavator li permezz tiegħu tkun tista’ tittella’ l-alka mill-baħar. Ladarba tkun imxarrba, l-alka titħalla fil-post biex toqtor u ma tkunx ta’ periklu għas-sewwieqa meta din tinġarr fit-trakkijiet sabiex tintrema. Aqra aktar

Ineħħu l-alka u jsewwu s-slielem wara riħ qawwi

Ir-riħ li laqat lil pajjiżna wassal biex ammont ta’ slielem iċċaqalqu minn posthom bir-riħ u li fuq il-bajjiet ta’ San Tumas, l-Għadira u l-Armier daħal ammont kbir ta’ alka. Kif jidher tajjeb f’dawn ir-ritratti, immedjatament bdiet il-ħidma biex titneħħa l-alka kif ukoll qed isir xogħol ta’ manutenzjoni fuq is-slielem li jinsabu f’dawn il-bajjiet.
Aqra aktar

Send this to a friend