Alfred Sant | One News - Part 9

Notifiki

“Stati fil-periferija tal-Ewropa bżonn il-flessibilità fit-taxxa” – Alfred Sant

Il-kap tad-delegazzjoni Maltija tal-S&D Alfred Sant qal li stati Ewropej li għandhom riżorsi limitati, speċjalment dawk fil-periferija tal-Ewropa, għandhom bżonn il-flessibilita` fit-taxxa biex iżidu l-attivita`ekonomika. Dr Sant qal dan fil-Parlament Ewropew waqt li astjena dwar rapport li jipproponi direttiva dwar żvelar ta’ informazzjoni fuq it-taxxa tad-dħul minn ċertu impriżi u fergħat.

“Astjenejt fuq din il-mozzjoni għax hi favur politika komuni Ewropea favur l-armonizzazzjoni tat-taxxa. Id-dikjarazzjonijiet li saru repetutament waqt it-tfassil tagħha jikkonfermaw li wieħed mill-għanijiet tagħha huwa dan, u allura jmur lil hinn mill-ħtieġa – li magħha naqbel – li jitrażżnu l-abbużi fit-taxxi u fil-ħasil tal-flus.” spjega l-MPE Malti.

Aqra aktar

Alfred Sant iwissi

  • “BIT-TLUQ TAR-RENJU UNIT MILL-UE TIŻDIED IL-PRESSJONI GĦAL TEŻORERIJA WAĦDA TAL-EWRO”

 “Bit-tluq tar-Renju Unit mill-UE żgur se tiżdied il-pressjoni biex il-pajjiżi kollha tal-UE jidħlu fiż-żona Ewro. Se tiżdied il-pressjoni wkoll għal Teżorerija waħda tal-Ewro u sistema waħda ta’ taxxxi mal-pajjiżi kollha tal-UE. Ċert li l-Gvern Malti se jibqa’ ffokat fuq dawn l-iżviluppi biex jibqa’ jħares l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin fis-setturi ekonomiċi, fit-turiżmu, fis-servizzi finanzjarji, il-qasam edukattiv. It-turiżmu Brittanniku f’Malta wara t-tluq tar-Renju Unit mill-UE jiddependi mill-ekonomija fir-Renju Unit u jista’ jkun hemm sinjali pożittivi oħra fil-qasam tad-Duty free f’Malta. Il-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi mhux se jiġu affettwati ħlief għar-rata tal-kambju bejn l-Isterlina u l-Ewro. Bit-tluq tar-Renju Unit mill-UE, ikun analizzat l-effett fuq l-esportazzjoni. Waħda mill-ewwel effetti tal-BREXIT f’Malta kienet id-deċiżjoni li De La Rue jibqgħu joperaw f’Malta biex ikollhom sieq fl-Unjoni Ewropea. Dan sar fl-istess żmien li l-Gvern Malti ġab lejn Malta il-fabbrika CRANE mill-Istati Uniti.”

Aqra aktar

“Hemm raġunijiet ekonomiċi għala s-sajjieda tradizzjonali m’għandhomx jiġu injorati”

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew qal li hemm raġunijiet ekonomiċi b’saħħithom biex jiġu mħarsa s-sajjieda tradizzjonali.

Alfred Sant qal li l-pożizzjoni istitutuzzjonali u ekonomika tas-sajjieda tradizzjonali ma ġietx ikkunsidrata biżżejjed meta tfasslet il-politika tal-konservazzjoni. Sant qal dan waqt li vvota favur ir-rapport ‘Il-qagħda tal-istokks tal-ħut u s-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tas-settur tas-sajd fil-Mediterran’, fil-Parlament Ewropew fi Brussell.

Aqra aktar

“L-UE ma tistax tnaqqas il-kundizzjonijiet soċjali biex tinkiseb il-kompetittività”

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li nħolqot kuntradizzjoni bejn id-drittijiet soċjali li l-UE tisħaq dwarhom, u l-għażla disponibbli biex tinkiseb il-kompetittivita` u t-tkabbir ekonomiku. Dr Sant qal li sar dubjuż jistgħux jibqgħu jeżistu flimkien it-tliet oġġettivi fundamentali tal-Unjoni Ewropea: politika tas-suq ħieles qalb iż-żieda tal-globalizzazzjoni u ż-żieda fl-oligarkiji; l-impenn favur aktar integrazzjoni Ewropea; l-impenn sħiħ biex jitħarsu d-drittijiet soċjali eżistenti fl-Ewropa.

Aqra aktar

“Regoli dwar finanzjamenti politiċi għandhom jittieħdu b’mod rigoruż, bi trasparenza u b’mod demokratiku”

Il-Kap tad-Delgazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li tibdil jew tisħiħ tar-regoli preżenti ta’ kif fondi politiċi jiffiltraw fis-sistemi nazzjonali tal-istati membri tal-UE għandhom jiġu deċiżi b’mod rigoruż, bi trasparenza u b’mod demokratiku. Element essenzjali huwa l-kampanji nazzjonali, permezz ta’ partiti u fondazzjonijiet nazzjonali, saħaq Dr Sant meta spjega  l-vot  tiegħu favur riżoluzzjoni dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi fil-Parlament Ewropew.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tgħarbel in-nuqqasijiet u tipproponi reviżjoni tar-regoli wara għadd ta’ skandli u suspetti dwar użu ħażin ta’ fondi fil-qafas tal-finanzjament tal-partiti.

Aqra aktar

“L-Istati Uniti, ir-Russja u l-UE jeħtieġ jiftehmu dwar il-Libja” – Alfred Sant

Alfred Sant wissa lill-Kungressisti Amerikani u membri parlamentari Ewropej li biex id-diżastru tal-Libja jiġi mrażżan hemm bzonn ta’ ftehim bejn l-Istati Uniti, ir-Russja u l-Unjoni Ewropea dwar x’inhuma l-interessi nazzjonali leġittimi tagħhom fiż-żona, u qbil dwar duttrina militari li tħares dawn l-interessi. Dr Sant għamel din it-twissija waqt il-laqgħa inter-parlamentari ‘Transatlantic Legislators Dialogue’ fil-Belt Valletta li saret waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

“Il-Gvern Laburista għandu jingħata mandat ieħor biex imexxi l-pajjiż”

L-ex Prim Ministru u Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal illum li l-Gvern Laburista għandu jingħata mandat ieħor biex imexxi l-pajjiż. Dr Sant qal li kemm ilu jsegwi l-politika f’Malta rari kellna r-rankatura ekonomika ta’ issa. L-MPE Malti qal li dejjem qies li biex Malta jirnexxielha tagħmel bidliet mill-qiegħ fit-tmexxija ekonomika u soċjali tagħha, jeħtiġilha tlaħħaq tkabbir reali sostnut ta’ bejn 3 u 5 fil-mija fis-sena. Fl-aħħar snin, hekk ġara. Fis-snin li ġejjin, dar-ritmu jrid jitkompla, sostna Dr Sant.

“Naturali li f’kampanja elettorali, il-mistoqsija kbira f’moħħ kulħadd tkun dwar min se jerbaħ. Fil-kampanja tal-lum, il-konvinzjoni tiegħi hi li l-gvern Laburista għandu jingħata mandat ieħor biex imexxi. Biss mistoqsija importanti hi: x’se jiġri wara tmiem il-kampanja elettorali meta jiġi fformat gvern ġdid? Se jkun baqa’ l-aħħar tliet ġimgħat tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea. Malajr jgħaddu. Wara tibqa’ l-isfida ta’ kif ir-rankatura ekonomika se tiġi sostnuta. Kemm ili insegwi l-iżviluppi ekonomiċi f’pajjiżna, u issa lanqas nitħajjar ngħodd is-snin li għaddew fuq hekk, rari kellna r-rankatura ta’ issa.” qal Sant.

Aqra aktar

Alfred Sant jgħid li Busuttil qed jigdeb

Stqarrija mibgħuta mill-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant tgħid kif Sant, Marlene Mizzi u Miriam Dalli, it-tliet Ewroparlamentari li qed jirrapreżentaw lill-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew għandom il-Financial Accounts aċċessibbli fuq il-websites rispettivi tagħhom. Dan huwa ferm aktar minn dak mitlub mir-regoli tal-Parlament Ewropew u b’impenn totali mal-valur tat-trasparenza. Dan isir fuq bażi annwali.

Aqra aktar

“Aġġornaw il-valuri” – Alfred Sant

Il-membru Ewroparlamentari Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li biex nirrispondu għat-tensjonijiet maħluqa minn diskors ta’ mibegħda, il-populiżmu u l-aħbarijiet foloz fuq il-midja soċjali, irridu naġġornaw il-valuri tagħna maż-żminijiet tal-lum waqt li nżidu t-tolleranza u l-profil liberali tal-Ewropa.

Dr Sant tkelelm waqt dibattitu dwar is-suġġett. Qal li l-populiżmu u l-estremiżmu qed jiżdiedu f’Ewropa tqila bir-rabja u t-tensjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend