Alfred Sant | One News - Part 6

Notifiki

Jesiġi fuq għajnuna finanzjarja ġdida – Alfred Sant

Malta jixirqilha għajnuna finanzjarja ġdida mill-UE minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-periferija tal-Ewropa biex tagħmel tajjeb għal telf ta’ fondi li jista’ jkun hemm mill-Fondi ta’ Koeżjoni fil-Baġit il-ġdid tal-UE bejn 2020-2027.  Dan qalu Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament f’laqgħa pubblika fiż-Żejtun dwar is-sehem ta’ Malta mill-Baġit tal-UE bejn 2020-2027.

Aqra aktar

Ma teżistix definizzjoni ċara dwar is-sajd rikreattiv fuq livell Ewropew – Alfred Sant

 

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant astjena fuq ir-rapport ‘L-istat attwali tas-sajd rikreattiv fl-Unjoni Ewropea’, li jitlob lil Kummissjoni Ewropea tanalizza s-settur tas-sajd rikreattiv għal fini ta’ regolarizzazzjoni. Dr Sant qal li kien qed jastjeni f’dan il-vot għaliex ma hemmx definizzjoni ċara u li kulħadd jaqbel dwarha fuq is-sajd rikreattiv f’livell Ewropew. Dan jissemma f’diversi referenzi li hemm fl-istess rapport.

Aqra aktar

Alfred Sant jastjeni dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u n-NATO fil-Parlament Ewropew

 

Fil-Parlament Ewropew Alfred Sant astjena fuq ir-rapport ‘Ir-Relazzjonijiet tal-UE u N-NATO’. Dr Sant qal li peress li Malta hija pajjiż newtrali, huwa xieraq li ma jivvotax favur jew kontra kwistjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn l-UE u n-Nato. It-tieni punt, qal l-MEP, ir-rapport ftit imiss is-sigurta` reali u l-interessi strateġiċi tal-UE u kif dawn għandhom jiġu definiti.

L-MEP Malti qal li hemm l-interess vitali li n-nazzjonijiet Ewropej jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-armamenti tagħhom, imqar biex jiksbu ekonomiji fuq skala kbira fi proġetti ta’ riċerka u żvilupp fi ħdan parametri ta’ suq uniku. Dan jikkumplimenta wkoll l-ippjanar tad-difiża tan-NATO permezz ta’ kooperazzjoni aktar faċli bejn il-forzi armati tal-Istati Membri, kemm tal-UE u kif ukoll tan-NATO.Aqra aktar

“L-Ewropa teħtieġ politika komuni dwar l-immigrazzjoni” – Alfred Sant

L-Ewropa għandu jkollha politika komuni li taħdem biex tippermetti immigrazzjoni legali miftuħa u ekonomika, li tqabbel l-immigranti mal-ħtiġijiet iddikjarati tal-istati membri. Għandha wkoll issaħħaħ u tifrex aktar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Afrika tas-sub saħara, u fl-istess ħin tirrazzjonalizza l-investiment u l-attivitajiet operattivi tal-korporazzjonijiet tagħha stess f’dik iż-żona – sabiex iħajru l-ħolqien tal-impjiegi hemmhekk, qal Alfred Sant meta indirizza d-dibattitu “Emerġenzi Umanitarji fil-Mediterran u Solidarjeta` fl-UE” fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Id-dibattitu ġie miżjud fl-aġenda ta’ din il-ġimgħa nhar it-tnejn wara t-tilwima bejn l-Italja u Malta fuq il-vapur ta’ salvataġġ ‘Aquarius’.

“Ilna niddikkjaraw dawn l-għanijiet żmien twil.” qal Alfred Sant.Aqra aktar

Imniedi l-proġett ta’ arja nadifa fil-gżejjer tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-proġett ‘Insaħħu l-kooperazzjoni u nieħdu azzjoni fil-qasam tal-klima fil-gżejjer tal-UE’ biex tassisti l-gżejjer tal-UE joħolqu sorsi ta’ enerġija nadifa u favur l-ambjent. Il-proġett kien propost minn Alfred Sant, MEP u ex-Prim Ministru u MEP Kroat Tonino Picula, ex-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kroazja. Sant u Picula fl-aħħar xhur ħadmu fuq l-implimentazzjoni tal-proġett għal arja nadifa fil-gżejjer tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea iffinanzjat €10 miljuni biex issaħħaħ il-proġett wara li kienet diġa` approvat €2 miljuni oħra għall-istess proġett.

Aqra aktar

Alfred Sant jikkontesta dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ekonomija Maltija

F’Mistoqsija Parlamentari urġenti lill-Kummissjoni Ewropea Alfred Sant ikkontesta dikjarazzjoni tal-KE li l-ekonomija Maltija ġiet affettwata minn ‘non-performing loans’ (NPL). Dan wara li fil-Komunikazzjoni tas-Semestru Ewropew tal-2018 li ppubblikat din il-ġimgħa, il-KE qalet li “għadd ta’ stati membri tal-UE qed ikomplu jiġu affettwati minn ishma kbar ta’ ‘non-performing loans’. Rakkomandazzjonijet speċifiċi lil stati-membri kienu indirizzati lill-Bulgarija, Ċipru, l-Irlanda, l-Italja u Malta f’dan is-sens.”

Aqra aktar

L-istrateġiji tal-UE għal finanzjament sostenibbli għandhom ikunu mmiratti speċifikament lejn SME’s

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista tal-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li l-istrateġiji tal-UE għal finanzjamenti sostenibbli tal-qasam tal-manifattura għandhom jimmiraw speċifikament lill-industriji żgħar u medji (SMEs). Fi Brussell Dr Sant kien qed jindirizza l-Konferenza ‘Kif finanzjamenti sostenibbli jistgħu jkabbru s-settur tal-manifattura fl-Ewropa’. Huwa qal li l-SMEs għandhom jitqiesu minn issa, bħala parteċipanti ewlenin fi kwalunkwe skema li tħajjar u tmexxi finanzjamenti sostenibbli fl-Ewropa.

Dr Sant saħaq dwar sistema gradwali ta’ ‘inċentivi’ u ‘penali’ għal ħolqien ta’ qafas tajjeb għal finanzjament.

“Sistema li tagħti xokk ma tagħmilx sens. Li tlibbes l-istess żarbun għal kulħadd ukoll għandu jkun evitat għax dak li jaħdem għal kumpaniji kbar mhux neċessarjament jaħdem għal SMEs. Dan il-punt għalija mhux ċar fir-‘road map’ li qed tħaddan il-Kummissjoni Ewropea.”

Ħafna SMEs jiffinanzjaw il-pjanijiet tagħhom ta’ tkabbir u investiment permezz ta’ self mill-banek, likwidita` u kreditu mill-fornituri. L-Esperjenza tal-Fond Ewropew Għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI) turina li pjattaformi ta’ investimenti Ewropej jistgħu jakkomodaw strutturi tal-SMEs fil-qasam tal-manifattura biex iħajru proġetti ta’ investimenti ġodda.

Dr Sant tkellem favur inċentivi magħmula apposta għall-SMEs, permezz ta’ pjattaformi ekoloġiċi speċifiċi li jipprovdu appoġġ b’finanzjament megħjun minn bonds ekoloġiċi jew strumenti simili.

Dr Sant qal li n-negozji għandhom jibdew jikkunsidraw id-dannu fuq l-ambjent futur bħala tħassib operazzjonali ta’ issa. Biex dan iseħħ, dan id-dannu jrid jinqeleb fi spiża kurrenti li l-industriji jridu jinternalizzaw. Għalhekk miżuri politiċi pubbliċi jridu jkunu applikati fuq livell nazzjonali jew Ewropew. Qed tkun imwittija t-triq biex issir azzjoni korrettiva organizzata u iffokata, li ssir ftit ftit.

“Jaf ninsab żbaljat iżda l-impressjoni li qed nieħu hija li l-emfasi qed tingħata wisq lid-ditti l-kbar. Proporzjon enormi tal-manifattura fl-Ewropa ssir mill-intrapriżi żgħar u medji. Jista’ jkun li l-istrateġija li fuqha qed nimxu hija bbażata fuq il-premura li l-miżuri mmirati lejn is-sostenibilita` tal-industriji l-kbar fl-aħħar se jwasslu sal-SMEs għax ħafna SMEs jaħdmu billi jissupplixxu lil konglomerati l-kbar? Fil-fehma tiegħi, jekk nimxu f’din it-triq inkunu qed niżbaljaw.” qal Alfred Sant.

Id-dibattitu kien organizzat mill-Forum Ewropew għal Manifattura wara li ġie ppubblikat il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-finanzjament sostenibbli. Il-finanzjament sostenibbli jimxi pari passu ma’ viżjoni etika dwar l-investimenti finanzjarji. L-għan huwa li jitqarrbu lejn xulxin il-prestazzjoni ekonomika flimkien ma’ impatt pożittiv soċjali u ambjentali, billi jkunu ffinanzjati kumpaniji li jikkontribwixxu b’mod attiv għall-iżvilupp sostenibbli.

5.4 MILJUN IMMIGRANT TIFEL U TIFLA JGĦIXU FL-EWROPA

Ċifri maħruġa mill-UNICEF jistmaw li 5.4 miljun immigrant tifel u tifla jgħixu fl-Ewropa waqt  li 32, 039 tifel u tifla waslu l-Ġreċja, l-Italja, Spanja u l-Bulgarija fl-2017 u kważi nofshom kienu waħedhom jew ġew separati. Minkejja dawn iċ-ċifri għoljin, li mhux juru ħjiel ta’ tnaqqis, l-Istati Membri għadhom jaffaċċjaw sfidi biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni  fuq il-protezzjoni tat-tfal tal-immigranti, qal Alfred Sant fil-Parlament Ewropew waqt li vvota favur riżoluzzjoni fuq il-protezzjoni tat-tfal tal-immigranti.

Aqra aktar

Send this to a friend