Alfred Sant | One News - Part 4

Notifiki

Alfred Sant jirbaħ libell lil Ninu Zammit

L-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Alfred Sant erbaħ €2,000 fil-Qorti lill-eks Ministru Nazzjonalista Ninu Zammit.

Alfred Sant fetaħ kawża ta’ libell kontra l-Perit Zammit wara diskors quddiem iċ-Ċentru Nazzjonalista ta’ Marsaxlokk fi Frar tal-2008 li mmalafama lil Sant. Aqra aktar

Alfred Sant favur iż-żieda ta’ 5% tal-paga minima fl-U.E.

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant qal li jeħtieġ naħdmu biex fuq livell Ewropew il-paga minima nazzjonali tkun aġġustata fl-U.E. biex tirrifletti l-kundizzjonijiet tal-pajjiżi nazzjonali. Fejn il-paga minima teżisti fi ħdan il-pajjiżi tal-UE, taħt il-kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli ta’ issa, il-paga minima nazzjonali għandha tiżdied b’tal-inqas 5%. Alfred Sant qal dan waqt id-dibattitu ‘Dħul Minimu għal Ewropa ġusta: dritt taċ-ċittadini’ fil-Parlament Ewropew.Aqra aktar

L-UE teħtieġ strutturi li jagħtu spinta lil gżejjer bħal Għawdex – Alfred Sant

L-Unjoni Ewropea teħtieġ strutturi li jiffavurixxu komunitajiet bħal dawk li jgħixu fil-gżira ta’ Għawdex u li jippermettu l-għejxien u l-iżvilupp ta’ dawn il-gżejjer, qal Alfred Sant meta vvota favur riżoluzzjoni biex jittieħdu passi politiċi li jtejbu s-sitwazzjoni f’żoni rurali, muntanjużi u remoti. Dr Sant qal li l-entitajiet Ewropej ħafna drabi jsibuha komda li jinsew id-drittijiet ta’ każijiet partikolari bħal Għawdex.

Aqra aktar

Għawdex jeħtieġ l-għajnuna tal-istat – Alfred Sant

Għawdex jeħtieġ l-intervent u l-għajnuna tal-istat biex jissaħħaħ bħala destinazzjoni Ewropea u bħala destinazzjoni nazzjonali u jkompli jtejjeb il-konnettivita` tiegħu ma’ Malta u mal-kontinent Ewropew. Dan qalu Alfred Sant quddiem udjenza numeruża f’Konferenza dwar is-sehem ta’ Għawdex mill-Budget Ewropew tal-2020-2027 fil-Lukanda Ta’ Ċenċ, Għawdex. Alfred Sant enfasizza li l-intervent tal-istat huwa meħtieġ biex jikkumpensa għall-insularita` doppja li jsofri minnha Għawdex peress li s-settur privat u s-suq ħieles waħdu ma jistgħux jiffinanzjaw proġetti kbar li għandu bżonn Għawdex biex ilaħħaq mal-iżvilupp f’Malta.

Aqra aktar

Alfred Sant jisfida lill-Kummissarju Jourová tinvestiga l-attivitajiet kontra l-ħasil ta’ flus fl-Istati Membri kollha tal-U.E.

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant staqsa lil Kummissarju Vera Jourova biex speċifikament ssemmi x’azzjonijiet ħadet jew x’każijiet qed tipprepara biex tinvestiga l-Kummissjoni Ewropea dwar attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus fl-istati membri l-kbar bħall-Estonja, l-Olanda u l-Latvja fejn ġew svelati ħafna każijiet kbar ta’ attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus fuq livell nazzjonali. Dr Sant staqsa lil Kummissarju Jourova biex tispeċifika jekk awtoritajiet finanzjarji Estonjani, Olandiżi u Latvjani involuti f’attivitajiet ta’ ħasil ta’ flus jippreżentawx nuqqasijiet ġenerali u sistematiċi fl-infurzar tar-regoli kontra l-ħasil ta’ flus.Aqra aktar

1 minn 160 tifel u tifla b’sinjali ta’ awtiżmu

Figuri mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jgħidu li 1 minn kull 160 tifel u tifla għandhom sinjali ta’ Awtiżmu filwaqt li studji oħra rrapportaw ċifri ogħla minn hekk, u jisħqu li 1% tal-popolazzjoni għandhom sinjali ta’ Awtiżmu, qal Alfred Sant f’seminar dwar ‘L-Istrateġija tal-UE dwar l-Awtiżmu Biex Ħadd ma Jibqa’ Lura’ fil-Parlament Ewropew fi Brussell.

Aqra aktar

Diffikultajiet għal Għawdex biex jibbenefika mill-pjan ta’ investiment ta’ Juncker – Alfred Sant

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li l-verita` hi li bir-regoli attwali, il-gżejjer tal-UE bħal Għawdex ma għandhomx ċans jibbenefikaw mill-pjan ta’ investiment ta’ Juncker. Dr Alfred Sant qal li huwa essenzjali li r-rekwiżiti tar-reġjuni fil-periferija, speċjalment tal-gżejjer żgħar bħal Għawdex, jiddaħħlu fl-ippjanar ta’ programmi ta’ finanzjament tal-UE. Dr Sant qal li żoni insulari tal-UE qed jaffaċċjaw diffikultajiet kbar meta jipprovaw jiksbu aċċess għal finanzjament tal-UE, aħseb u ara jassorbuhom. Dawn id-diffikultajiet mhumiex minħabba raġunijiet nazzjonali, iżda minħabba l-mod kif inhuma mfasslin il-programmi tal-UE.

Aqra aktar

“Ħafna mill-miri tal-U.E. għall-2020 baqgħu fuq il-karta”-Alfred Sant

L-UE fi kwistjonijiet importanti, bħall-indirizzar tal-kriżi tal-immigrazzjoni, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-iżbilanċi soċjali, l-UE ma kinitx deċiża f’dawn l-aħħar ħames snin. Ħafna mill-miri tal-Istrateġija Ewropea-2020 baqgħu fuq il-karta. Dan qalu Alfred Sant b’reazzjoni għad-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tal-Unjoni fil-Plenarja ta’ Strasburgu. Aqra aktar

Send this to a friend