Alfred Sant | One News - Part 3

Notifiki

Il-Kummissjoni Ewropea dwar l-akkużi ta’ Sant li taqbad ma’ banek żgħar u tagħlaq għajnejha għall-ħasil ta’ flus minn banek Ewropej il-Kbar – ‘No Comment’

Kelliem għal Kummissjoni Ewropea u Kummissarju Ewropew għal Ġustizzja Vera Jourova għażlet li ma tikkummentax wara li Alfred Sant iddikjara li l-Kummissjoni taqbad ma’ banek żgħar fi stati membri żgħar bħal Malta, iżda tagħlaq għajnejha għall-atti kriminali li jsiru mill-banek Ewropej il-kbar. Kelliem għal KE qal lil KYC 360 li ‘Il-Kummissjoni ma tikkummentax fuq kummenti’, u irrefera għat-talba tal-Kummissjoni biex id-Dipartiment Malti ta’ kontra l-ħasil ta’ flus iżid is-sorveljanza fuq il-banek f’pajjiżna.

Aqra aktar

“Merkel ma kkontestatx il-perċezzjoni dejjem tikber li d-deċiżjonijiet tal-UE jiddependu mill-Ġermanja” – Alfred Sant

Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li l-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel ma merietx il-perċezzjoni li dejjem qed tikber li ħafna mid-deċiżjonijiet tal-UE iseħħu jekk taqbel il-Ġermanja. Dr Sant kien qed jirreaġixxi għall-indirizz tal-Kanċilliera Ġermaniża dwar il-futur tal-Ewropa fil-Parlament Ewropew. Il-Kanċilliera Ġermaniża tkellmet dwar il-futur tal-integrazzjoni Ewropea, ipproponiet armata Ewropea u baġit għaż-żona ewro u anki qajmet il-kwistjoni tal-pressjoni tal-immigrazzjoni, li enfasizzat hija problema Ewropea.

Aqra aktar

“Ħafna mill-ftehim dwar Brexit huwa ta’ żvantaġġ għar-Renju Unit”- Alfred Sant

Ħafna mill-arranġamenti dwar kif se jkunu r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fil-futur għadhom fl-ajru u ħafna mill-ftehim li ntlaħaq dwar il-firda tal-Brexit bejn iż-żewġ naħat huwa żbilanċjat kontra r-Renju Unit. Minħabba f’hekk, is-sitwazzjoni politika fir-Renju Unit hi drammatika sew, qal Alfred Sant fil-programm televiżiv Kalamita. Aqra aktar

Is-suq diġitali fl-UE għandu jingħata l-attenzjoni li tixraqlu fl-2019

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal dalgħodu li l-UE għandha tagħti l-attenzjoni meħtieġa lill-politika diġitali Ewropea wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019 u wara t-twaqqif tal-Kummissjoni Ewropea ġdida. Dr Sant qal li l-proposta biex ikun hemm taxxa fuq id-dħul tal-ġganti Amerikani Google, Facebook u Amazon (magħrufin bħala GAFA) ma jidhirx li se timxi ‘l quddiem sal-aħħar tas-sena.

Aqra aktar

Alfred Sant jiddiskuti Brexit mal-Ministru Ingliż Brandon Lewis

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant iltaqa’ mal-Ministru Brittaniku Brandon Lewis fil-Parlament Ewropew fi Brussell fejn iddiskutew ix-xenarji possibbli dwar in-negozjati tal-Brexit bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Brandon Lewis huwa Ministru Bla Portafoll tal-Gvern Brittaniku u huwa responsabbli għat-tħejjija u l-leġislazzjoni dwar il-Brexit għall-Uffiċċju tal-Kabinett tal-Prim Ministru Theresa May.Aqra aktar

Alfred Sant jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga r-regoli tal-bagalji tar-Ryanair

Il-Membru Parlamentari Ewropew, Alfred Sant staqsa lil Kummissjoni Ewropea jekk għandhiex pjanijiet biex isegwi mill-qrib l-investigazzjonijiet tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli tal-bagalji tal-linja tal-ajru Ryanair. Sant staqsa wkoll lil Kummissjoni għandhiex pjanijiet li twettaq investigazzjonijiet simili fuq trasportaturi li għandhom strutturi ta’ prezzijijiet simili.

Fil-21 ta’ Settembru, l-Awtorità Taljana tal-Kompetizzjoni fetħet investigazzjoni fuq ir-regoli tal-linja tal-ajru Ryanair li jżommu l-flus lil passiġġieri li jġorru l-hand luggage. Il-konsumaturi jistgħu biss iġorru b’xejn handbag jew bagalja tal-laptop, filwaqt li l-konsumaturi iħallsu għal hand language ta’ 10kg.

L-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana qalet li dawn l-oġġetti huma elementi essenzjali għat-trasport u għalhekk Ryanair u linji oħra tal-ajru, għandhom jinkludu l-prezz sħiħ tal-ispejjez tal-konsumatur.

L-istess Awtorità qed takkuża lir-Ryanair bi prattiċi kummerjċli inġusti għax din il-prattika titfa’ ċ-ċpar fuq il-prezz finali tal-biljett, u ma tħalliex lok għal paragun korrett mal-prezzijiet tal-linji tal-ajru l-oħra.

Il-Parlament Ewropew m’għandux jippermetti proċeduri politiċizzati fuq ksur tal-valuri fundamentali

Il-Parlament Ewropew ma għandux jippermetti proċeduri politiċizzati li permezz tagħhom jiġu investigati allegazzjonijiet ta’ ksur ta’ valuri fundamentali fl-Istati Membri tal-UE. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta insista li b’mod urġenti għandu jinħoloq mekkaniżmu meqjus minn kulħadd bħala oġġettiv, ġust, trasparenti u magħmul apposta biex jikkoreġi l-ksur tal-liġi waqt id-dibattitu dwar il-ħtieġa tad-Demokrazija, il-liġi tad-dritt u l-mekkaniżmi favur id-drittijiet umani.Aqra aktar

Is-soċjetà ċivili Għawdxija tħejji dikjarazzjoni favur l-inklussività f’Għawdex

Għaqdiet mhux governattivi f’Għawdex qegħdin jaħdmu fuq Dikjarazzjoni favur l-Inklussività għall-gruppi li jirrappreżentaw fil-gżira Għawdxija.

Rappreżentanti tal-Fondazzjoni OASI, Dar ARKA, LGBTI+ GOZO, Mental Health Association Gozo u l-‘Gozo Association for the deaf’ iltaqgħu fil-Fondazzjoni ARKA f’Għajnsielem, Għawdex biex jiffinalizzaw Dikjarazzjoni bil-miri speċifiċi tagħhom fil-qasam tal-inklussività.Aqra aktar

“Proposti dwar setturi finanzjarji ta’ dannu għal Malta”- Alfred Sant

Alfred Sant appella għal kawtela dwar proposti għas-servizzi finanzjarji f’setturi bħal tal-assigurazzjoni u oħrajn simili li se joħolqu dannu għall-industriji żgħar u medji f’Malta waqt dibattitu fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju tal-Parlament Ewropew (ECON) fil-Parlament Ewropew. Il-Kumitat kien qed jiddiskuti x’informazzjoni għandha tiġi żvelata lil pubbliku meta jkunu se jitniedu investimenti fis-swieq finanzjarji u kemm l-investimenti se jkunu sostenibbli ambjentalment fil-futur – billi jikkontribwixxu fil-miri lejn l-enerġija rinovabbli. Il-proposta saret mir-rapporteur għal Econ Paul Tang u titratta r-regoli dwar x’informazzjoni għandha toħroġ fil-miftuħ għal parteċipanti kollha waqt tnedija. Aqra aktar

Send this to a friend